Titħabbar id-data għall-avveniment bi tnedija għall-festa – dettalji f'dan l-artiklu
- Zabbar.MT Team
- 11 minutes ago
- 1 min read

Hekk kif il-ġimgħat tal-festa jersqu dejjem eqreb, ġiet imħabbra d-data uffiċjali tal-avveniment li jiftaħ b’mod spettakolari il-festi tant mistennija għaż-Żabbarin – nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Awwissu, fil-Verde Club Lounge.
Din is-sena, l-attività se tkun waħda dinamika. Il-Banda San Mikiel se tkun qed tagħti spettaklu live speċjali flimkien mad-DJ tant maħbub Shakin, filwaqt li jkun hemm ukoll mużika minn Mauro, Marcus u oħrajn.
Matul l-attività se tiġi mnedija wkoll is-CD uffiċjali tal-marċi brijjużi, li din is-sena tidħol fis-26 edizzjoni tagħha. Il-marċi ser ikunu esegwiti mill-Banda San Mikiel u, kif sar tradizzjoni, jitkantaw mill-kantant Domnic Cini, li għal darb’oħra se jżid doża ta’ briju u emozzjoni.
L-attività tibda fit-8:00pm u d-dħul huwa b’xejn għal kulħadd. Se jkunu wkoll ippreżentati rikonoxximenti speċjali lil dawk li ħadmu bla waqfien fl-aħħar xhur biex il-festa ta’ din is-sena tkun waħda li tibqa’ mnaqqxa fil-memorja ta’ kulħadd.
Tinsiex – din hija l-bidu ta’ ġimgħat ta’ ċelebrazzjoni, briju u għaqda komunitarja!
Commentaires