Tiftakarhom il-parties ta’ qabel il-festa taħt it-tinda?
- Zabbar.MT Team
- Jul 26
- 1 min read

F'Awwissu, fil-ġimgħat ta' qabel il-festa, l-Għaqda tagħna, partikolarment permezz tal-impenn ta' Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti u t-twaqqif ta' Puregreen Promotions, dejjem kienet magħrufa għall-avveniment spettakolari li għamlu ħoss, mhux biss f'Beltna, iżda wkoll ma' pajjiżna.
Attivitajiet li twieldu fil-Misraħ u li ftit ftit bdew jinbtu, mhux biss f'Beltna, iżda madwar il-pajjiż kollu. Dawk li għexu ż-żminijiet tal-bidu tal-Millenju żgur jiftakruhom b’nostalġija l-avvenimenti kbar li kienu jsiru fil-Misraħ, partikolarment il-famużi parties taħt it-tinda.

Kollox beda fl-2000 f'Misraħ is-Sliem bil-parties ta’ DJs lokali bħal Ruby, Bramu, Leħji u Shakin, li daqqew għal folol kbar sal-lejl. Fis-sena 2001 sar il-'Coronation Spectacular' b’DJs bħal Armani, Leħji, Bramu u Shakin. Fl-2002 kien hemm żvolta internazzjonali bil-festival Infinity—li laqqa’ DJs bħal Marcin Czubala u DJ Feelaz mill-Ġermanja flimkien ma’ talent lokali bħal Stephen Galea, Abraham Lia (Bramu), u Jean Paul Camilleri (Leħji). Dan l-avveniment aktar 'il quddiem kompla jiżviluppa u baqa' wieħed b'saħħtu fejn, fuq quddiem nett, dejjem kien hemm id-DJ maħbub fost iż-Żabbarin, Carl Bee.

Fl-2003 ġie organizzat wieħed mill-akbar parties li qatt sar taħt it-tinda, li baqa’ jissemma sal-lum.
Minbarra l-mużika għaż-żgħażagħ kien hemm ukoll spettakli live minn kantanti bħal Mary Spiteri u Maria Mallia, u l-ġimgħa tal-festa kienet tipikament tiġi ppreżentata minn Alfred Zammit.

F’dawk il-lejliet taħt it-tinda, il-pjazza kienet timtela ħajja, ritmu u memorji li għadhom jgħixu f’qalb dawk li kienu hemm.
Minkejja li llum il-ġurnata dawn l-avvenimenti ħadu xorta oħra, il-popolarità tagħhom baqgħet waħda b'saħħitha ħafna u mijiet ikunu qed jistennew dawn l-avvenimenti minn sena għall-oħra.
Comments