top of page
kalc.png

Bħal illum xahar nilqgħu fostna lill-Ommna tal-Grazzja

ree

Bħal illum xahar, il-komunità Żabbarija tkun mimlija emozzjoni u ħerqana sabiex tilqa' fostna lill-Ommna tal-Grazzja. Minn taħt il-portiku tas-Santwarju tagħha, tibda l-mixja solenni tagħha li tagħti bidu għal disa’ tijiem ta’ novena u għaxart ijiem ta’ festa, waħda mill-ikbar u l-isbaħ f’pajjiżna.



ree

Il-Festa tal-Grazzja mhijiex biss manifestazzjoni ta’ fidi, iżda wkoll ta’ identità, għaqda u tradizzjoni. Kull sena, eluf jiltaqgħu biex juru l-imħabba tagħhom lejn il-Madonna, permezz ta’ talb, kant, u festi sbieħ li jleqqu t-toroq ta' Beltna.


Il-Ħruġ tal-vara minn niċċa huwa mument mistenni li jġib miegħu ferħ u emozzjoni li tmiss il-qalb. Għal ħafna, dan huwa mument spiritwali fejn il-poplu jiltaqa’ bħala familja waħda biex jilqa’ lill-Omm tagħhom.

Fi żmien fejn kultant nitilfu t-tifsira tal-imħabba u r-rispett, il-Festa tal-Grazzja għandha tfakkarna f’dak li jgħaqqadna: il-fidi, it-tradizzjoni u l-imħabba lejn Ommna Marija.

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page