top of page
Storja 

Kien propju f’Misraħ is-Sliem, dak iż-żmien ‘Piazza San Giacomo’, aktar magħruf bħala “il-Misraħ” fejn l-antenati tagħna waqqfu l-ewwel banda Å»abbarija, is-Societa` Filarmonica del Zabbar – Casino e Scuola, Piazza San Giacomo, li illum hi magħrufa bl-isem ta’ Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Å»abbar A.D. 1883.
 

M’huwiex l-għan tagħna li fi spazju daqshekk limitat ngħidulkom dak kollu li għaddiet minnu din il-Għaqda. Min-naħa l-oħra, hija x-xewqa tagħna li permezz tal-versi li Ä¡ejjin, nirrakuntawlkom avvenimenti importanti li għamlu unur kemm lill-Għaqda tagħna, kif ukoll lil beltna Hompesch.
 

M’hemmx dubju li Ħaż-Å»abbar, bħala wieħed mill-eqdem u mill-isbaħ bliet ta’ Malta, xejn anqas minn imkejjen oħra tal-gżejjer Maltin, minn żminijiet imbegħda, kellu tħeÄ¡Ä¡eÄ¡ fih l-imħabba għall-arti u l-kultura, b’mod partikulari, mużikali. Sa mill-1615, meta dak iż-żmien ir-raħal sar parroÄ‹Ä‹a, baned żgħar komposti b’mhux aktar minn tnax-il ruħ, bdew jakkumpanjaw il-purÄ‹issjoni fil-festa titulari. Snin wara, sakemm twaqqfu l-baned f’beltna, kienu jiÄ¡u baned tar-riÄ¡menti stazzjonati fil-kwartieri ta’ Verdala, f’Bormla. Bla dubju ta’ xejn, bil-kompożizzjonijiet imħalltin u esegwiti minn bandisti professjonali, iż-Å»abbarin komplew jinÄ¡ibdu u jissaħru għall-mużika.
 

Għall-ħabta tal-1883, is-Surmast Giuseppe Micallef flimkien ma’ Dun VinÄ‹enz Pace, Ä¡abar xi żgħażagħ u waqqfu  s-Societa` Filarmonica del Zabbar. Il-fundatur, promotur u aktar tard President ta’ din is-soÄ‹jeta` kien l-avukat Pasquale de Lorenzo. Mal-poplu, dan l-avukat kien miżmum bħala ħabib tan-nies kollha u kien protettur tal-fqar, kif ukoll nisrani ta’ veru. It-tagħlim tal-mużika lil dawn iż-żgħażagħ sa mill-1870 u aktarx qabel, minn Mro. Carmelo Abela Scolaro jawtentika l-ħsieb jew l-eżistenza ta’ xi istituzzjoni jew soÄ‹jeta` mużikali f’Ħaż-Å»abbar. Dawn iż-żgħażagħ, skont ma jagħti x’jifhem Mro. Giuseppe Micallef stess, kienu min-naħa tal-Misraħ. Dan ikompli jixhed kemm tassew din il-pjazza antika tal-Misraħ, barra li hija l-qalba ta’ Citta Hompesch li minnha fl-imgħoddi mbiegħed u iżjed qrib ħarÄ¡u l-arterji li kabbru u taw is-saħħa lil Ħaż-Å»abbar, hi wkoll l-għajn u l-Ä¡nien li fiha fetaħ u trawwem l-ewwel inwar mużikali.
 

Din il-banda, bħall-baned kollha li kienu jitwaqqfu fil-bliet u rħula Maltin, damet xi snin magħrufa bl-isem ta’ pajjiżha – Societa` Filarmonica del Zabbar. Dan għaliex l-ewwel baned li jitwaqqfu kienu jitgħammdu bl-isem ta’ raħalhom jew belthom u dan il-fatt jixhed li l-Banda tagħna hija l-ewwel waħda Å»abbarija. Fl-1887 seħħet firda, b’uħud mill-bandisti flimkien mal-kumitat, riedu lill-bravu Mro. Abela Scolaro bħala Surmast Direttur, filwaqt li xi bandisti oħra  riedu jibqgħu taħt is-Surmast Giuseppe Micallef. B’riżultat ta’ dan, il-belt ta’ Ħaż-Å»abbar safa b’żewÄ¡ baned.
 

F’din il-tilwima, il-kumitat u l-bandisti li għażlu lis-Surmast Carmelo Abela Scolaro, baqgħu fl-istess Sede Ä¡ewwa l-Misraħ, kif ukoll żammew l-isem oriÄ¡inali ta’ Societa` Filarmonica del Zabbar, wara bħala Societa` Filarmonica San Michele, aktar tard Għaqda Mużikali San Mikiel u llum Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel.
 

Sa minn tmiem is-seklu u sa ftit wara it-Tieni Gwerra Dinjija, il-baned kollha iżjed kienu jissemmew bil-laqam milli bil-propju isem tagħhom. Kull banda jew każin li jitwaqqaf mill-ewwel kienu jsibulu laqam. Is-Societa` Filarmonica San Michele mill-ewwel laqqmuha “tal-Bajda“. Dan hemm min jorbtu mal-fatt li mat-twaqqif tagħha ttellgħet bandiera bajda biex turi l-indipendenza tagħha mill-każin rivali tal-istess belt. Hemm diversi verżjonijiet oħra, pero` minn studju li sar juri biÄ‹-Ä‹ar li l-laqam Ä¡ie minn bandiera bajda bil-burdura ħadra u bit-tarka f’nofsha. Fl-anglu kien hemm l-ittri “Q.U.D.” li jfissru“Quis ut Deus” jiÄ¡ifieri “Min  bħal Alla?” Dawn l-ittri malajr Ä¡ew imdawwra għal “Kukka” u eventwalment “tal-Bajda”.
 

Kienu ħafna d-djar li matul is-snin servew bħala każin ta’ din l-Għaqda. Fis-sena 1889 u qabel, is-sede tas-Societa` Filarmonica del Zabbar kienet fi Pjazza San Ä akbu. Fil-25 ta’ Jannar 1891, Ä¡ie inawgurat każin Ä¡did f’numru 6, Pjazza Prince of Wales. Aktar tard, bejn l-1898 u l-1899, il-każin mexa għal numri 8 u 9 Strada Prince of Wales. F’Ä unju tal-1902, il-każin Ä¡arr għal numru 28, Piazza San Giacomo, filwaqt li fl-1905 mexa għal 37 u 38 Piazza San Giacomo. Bejn l-1919 u l-1920, il-każin kien fi Pjazza Prince of Wales bin-numru tas-sede mhux identifikat. F’Settembru tal-1921, il-kumitat beda jahseb ghal lokal ieħor. F’Ottubru tal-istess sena, sar kuntratt u nxtara fejn jinsab il-każin illum. It-Tnejn 18 ta’ Settembru 1978 beda jinħatt il-każin biex seta’ jinbena każin Ä¡did. Frott il-ħidma tal-voluntiera, il-bżulija tal-Kumitat u l-għġaqal tat-Teżorier ta’ dak iż-żmien, Ä użeppi Barun, il-Monument ÄŠentinarju, kif Ä¡ie msemmi, Ä¡ie inawgurat nhar it-3 ta’ Settembru 1983, eżattament  fil-festi li saru biex ifakkru l-ewwel ÄŠentinarju mit-twaqqif tal-Għaqda. Iżda b’Kumitati oħra ħabrieka, voluntiera ta’ qalb kbira u għaqda bejn l-imsieħba nxtraw aktar propjetajiet u propju bħalissa għaddejin xogħlijiet kbat ta’ tkabbir u mmodernizzar tas-sede ta’ din l-Għaqda.
 

Il-ħila u l-kuraÄ¡Ä¡ li dejjem urew il-Kumitati flimkien mal-bandisti u l-imseħbin matul iż-żminijiet, żammew din l-Għaqda dejjem ħajja, anke fl-aktar żmien mwiegħer tal-aħħar Gwerra Dinjija. Dan kollu tixhdu kitba ppubblikata fil-Ä¡urnal “Il-Berqa” tal-Ä imgħa 10 ta’ Settembru 1943 fejn tgħid:
 

“Bosta għaqdiet mużikali kienu mÄ¡ielgħa jagħlqu l-każini tagħhom. Każini oħra baqgħu miftuħa u komplew bl-attivita tagħhom. Waħda minn dawn hija l-Għaqda Mużikali San Mikiel ta’ Ħaż-Å»abbar. Għalkemm tliet kwarti mill-każin tal-Għaqda kien imÄ¡arraff fil-ħbit mill-ajru, il-kumitat, il-bandisti u l-imseħbin kollha, baqgħu jiltaqgħu fl-intrata u fil-persjana, postijiet waħdanin li kienu baqgħu sħaħ…..”
 

Ta’ min jgħid li lejlet il-festa, nhar il-11 ta’ Settembru ta’ din l-istess sena, il-Banda San Mikiel kienet l-unika banda li ħadet sehem fit-Te Deum quddiem il-knisja u fit-toroq madwar Ħaż-Å»abbar.
 

Il-Banda San Mikiel minn dejjem kellha Surmastijiet li għamlulha Ä¡ieh. Fosthom insemmu lil Mro. Carmelo Abela Scolaro, Mro. Giuseppe Micallef, Mro. Antonio Micallef, Mro. Hector Dalli, Mro. Adeodato Gatt, il-“Princep tal-MarÄ‹i Maltin” Mro. Luigi Bongailas, Mro. Twanny Chircop u Mro. Charles Wallace Suda fost oħrajn. Ma nistgħux ma nsemmux lill-bravu Mro. David Agius li hu s-Surmast attwali ta’ din il-Banda. U la qed nitkellmu fuq il-banda, ma nistgħux ma nsemmux xi avvenimenti importanti li komplew għollew isem il-Banda San Mikiel.
 

Safejn hu magħruf uffiÄ‹jalment, il-Banda San Mikiel kienet l-ewwel banda Maltija li bdiet tilqa’ lin-nisa fi ħdana. Fl-1954, fost il-bandisti, kellha lil Grace Barnett. Kienet iddoqq l-euphonium. Damet iddoqq mal-Banda sa April tal-1956. Il-Banda San Mikiel kienet ukoll waħda mill-ewwel baned Maltin, wara l-King’s Own, li daqqet fil-pubbliku l-Innu Nazzjonali miktub minn Dun Karm Psaila u mmużikat mill-kirurgu maÄ¡Ä¡ur Robert  Samut. Dan seħħ nhar lejlet il-festa tal-Madonna tal-Grazzja, is-Sibt 10 ta’ Settembru 1938 fil-Pjazza Prince of Wales, illum Misraħ is-Sliem, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Giuseppe Deguara.
 

IÄ‹-Ä‹elebrazzjonijiet li kienu saru biex jiÄ¡i mfakkar l-ewwel ÄŠentinarju tal-Għaqda wkoll jibqa’ mnaqqax b’ittri tad-deheb fl-istorja glorjuża tagħna. L-attivitajiet kienu saru bejn l-1 u l-10 ta’ Settembru tal-1983. L-aqwa fosthom kien il-programm Vokali u Strumentali mill-Banda San Mikiel immexxija mis-Surmast Direttur ta’ dak iż-żmien Mro. John J. Pace, nhar is-Sibt 3 ta’ Settembru. Fost bÄ‹ejjeÄ‹ mużikali ndaqqu u tkantaw l-“Innu Klassiku u UffiÄ‹jali tal-Inkurunazzjoni”, kompożizzjoni ta’ Mro. Giuseppe Casapinta u l-“Għanja Sinfonika taÄ‹-ÄŠentinarju”, xogħol Mro. John J. Pace. Il-versi taż-żewÄ¡ kompożizzjonijiet Ä¡ew minsuÄ¡a mill-mibki, iżda qatt minsi Karmenu Ellul Galea, ex-President tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel. Indaqqet ukoll il-Gran Marcia “Mitt Sena” ta’ Mro. Paul Buttigieg. Ma’ tmiem il-programm l-E.T. is-Sinjorina Agatha Barbara, dak iż-żmien President tar-Repubblika ta’ Malta u President ‘Ad Vitam’ tal-Għaqda tagħna, fetħet uffiÄ‹jalment il-każin il-Ä¡did. It-tberik sar minn Mons. Carmelo Xuereb, Vigarju Ä enerali. Inkixfet u tbierket lapida kommemorattiva.
 

Matul iż-żminijiet, il-Banda San Mikiel kellha ħafna okkażjonijiet  biex issemma leħinha, tista’ tgħid madwar il-gżejjer Maltin kollha. Iżda mhux biss! Kienu diversi l-pajjiżi barranin li fihom Ä¡iet mistiedna l-banda biex tagħti s-servizz tagħha. Sal-lum, hija l-unika banda Å»abbarija li waslet biex tittimbra l-passaport tagħha u turi t-talenti tagħha fuq livell internazzjonali:

  • Fl-1991 – mis-7 sat-12 ta’ Mejju Ä¡ewwa TRE CASTAGNI fi Sqallija;

  • Fl-1994 – mis-6 sat-13 ta’ Frar Ä¡ewwa AGRIGENTO fi Sqallija;

  • Fl-1995 – mit-3 sal-10 ta’ Frar għal darb’oħra f’AGRIGENTO fi Sqallija

  • Fl-1996 – mid-29 ta’ Ä unju sas-6 ta’ Lulju Ä¡ewwa RUMA u PARMA fl-Italja;

  • Fl-1997 – mill-10 sas-17 ta’ Ottubru Ä¡ewwa ATENI fil-GreÄ‹ja;

  • Fl-1998 – mill-21 sat-28 ta’ Ä unju Ä¡ewwa MONASTIR it-Tuneżija;

  • Fl-2000 – mid-29 ta’ Ä unju sal-4 ta’ Lulju Ä¡ewwa LUGANO fl-iSvizzera;

  • Fl-2004 – mit-30 ta’ Settembru sas-6 ta’ Ottubru Ä¡ewwa PALAZZO ACRIEDE fi Sqallija;

  • Fl-2005 – mit-8 sal-15 ta’ Ä unju Ä¡ewwa RYBNIC fil-Polonja.

​

Kull safra li kellha l-Banda kienet esperjenza sabiħa, iżda bla dubju ta’ xejn, l-udjenza li l-Banda San Mikiel kellha mal-mibki Papa Ä wanni Pawlu II fis-Sala Nervi Ä¡ewwa l-Belt tal-Vatikan fl-1996 se tibqa’ tissemma’ u mfakkra matul is-snin. Hemmhekk il-Banda daqqet l-Innu tal-Papa kif ukoll l-Innu Nazjonali Malti.

​

Sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha, il-Banda San Mikiel minn dejjem kellha element ta’ bandisti li spikkaw. ĦarÄ¡u minnha l-aqwa mużiÄ‹isti. Dan jikkonfermawh ir-riżultati miksuba minn żmien għall-ieħor mill-bandisti tal-post fil-Gara Mużikali li ta’ kull sena tiÄ¡i organizzata mill-Għaqda Każini tal-Baned. Biżżejjed ngħidu li bejn is-sena 1989 u s-sena 1997, il-Banda San Mikiel u l-bandisti tagħha Ä¡ew klassifikati 8 darbiet l-ewwel.

​

Bla dubju ta’ xejn, l-akbar avveniment għalina ż-Å»abbarin seħħ nhar it-2 ta’ Settembru 1951. Ä rajja li tibqa’ mfakkra minn Ä¡enerazzjoni għall-oħra. F’dan il-jum hekk għażiż għalina lkoll, Ä¡iet inkurunata x-xbieha mirakoluża tal-Madonna tal-Grazzja. Xewqa li kienet ilha tberren f’moħħ kull Å»abbari sa mill-eqdem żminijiet. Dakinhar iż-Å»abbarin ferħu, għax bis-saħħa tad-deheb tagħhom u ta’ flushom, kienet seħħet l-akbar u l-għeżeż Ä¡rajja fl-istorja reliÄ¡juza u soÄ‹jali f’Ħaż-Å»abbar.

​

Il-Banda San Mikiel kellha sehem kbir f’dan l-avveniment. Nhar l-1 ta’ Settembru 1951, lejlet l-Inkurunazzjoni, il-banda daqqet għall-ewwel darba l-Innu Klassiku u UffiÄ‹jali tal-Inkurunazzjoni taħt id-direzzjoni tas-Surmast Adeodato Gatt. Dan l-innu, li ħareÄ¡ mill-pinna ta’ Mro. Giuseppe Casapinta b’versi ta’ Karmenu Ellul Galea, Ä¡ie rregalat lill-Għaqda tagħna mill-Kappillan ta’ dak iż-żmien il-Wisq Reverendu Dun Ä użepp Zarb b’ kuntratt notarili li sar nhar it-8 ta’ Awissu 1951 għand in-nutar Dr..John Micallef Trigona. Dan ifisser li l-Għaqda tagħna biss għandha d-drittijiet kollha fuq dan l-innu u għalhekk ma jistax jindaqq minn l-ebda banda oħra.

​

“Kemm tixraqlek O ħelwa Madonna

Il-kuruna li llum qed nagħtuk!

Hija xhieda ta’ qima u mħabba

Li b’Omm tagħna, b’Sultana nagħrfuk!

Lejk Marija – Dawl, Tama u Sabbara -

Ä rew il-Ä¡nus ta’ kull lewn u f’kull żmien,

Sa Papiet das-Santwarju żejnulek,

Lilek talbu l-Maltin għall-ħelsien!”

 

Dan il-jum hekk għażiż baqa’ jitfakkar ta’ kull sena. Fis-sena 2001,  f’għeluq il-50 Sena tal-Inkurunazzjoni, il-poplu Å»abbari reÄ¡a’ nÄ¡abar f’riÄ¡lejn Ommna tal-Grazzja, din id-darba biex madwar ras il-Madonna jitpoÄ¡Ä¡a stellarju ta’ 12-il stilla tad-deheb. Għal din l-okkażjoni, nhar l-Erbgħa 22 ta’ Awissu 2001, il-Banda San Mikiel taħt d-direzzjoni tas-Surmast David Agius, esegwiet programm Vokali u Strumentali Ä¡ewwa s-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. Għal din l-okkażjoni, is-Surmast Agius ikkompona “Kantata lil Ommna Marija Santissima tal-Grazzja”, filwaqt li l-lirika saret mis-Sur Karmenu Ellul Galea.

​

“Is-Sliem Għalik Glorjuża VerÄ¡ni Mbierka
Bejjiena bejn min ħalqek u l-bnedmin!…
Is-Sliem Għalik Sultana u Omm tal-Grazzji,
Patruna u Omm ta’ qlubna ż-Å»abbarin!
Ta’ qlubna!…Ta’ qlubna!
Ta’ wliedek Å»abbarin!

​

Iż-żmien għadda, u ta’ kull sena l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel baqgħet tibni fuq il-pedamenti sodi li ħallewla  missirijietha. Baqgħet tiÄ¡Ä¡edded u taÄ¡Ä¡orna ruħha maż-żminijiet. Investiet f’maħżen għall-armar kif ukoll inxtrat propjeta` biex ikun jista’ jitkabbar il-każin. Twaqqfu sotto-kumitati u kummissjonijiet biex ix-xogħol, speÄ‹jalment dak relatat mal-festa, seta’ jinqasam u jinfirex fuq aktar individwi. Bit-twaqqif tal-Kummissjoni Nar u Armar fl-1976, rajna t-toroq u l-pjazez tagħna jintlew b’ armar rikk, filwaqt li n-nar li jiÄ¡i maħruq matul il-Ä¡ranet tal-festa żdied bil-bosta. Fl-1983 twaqqfet il-Fergħa Nisa bl-għan li tgħin direttament lill-Kumitat ÄŠentrali fil-bżonnijiet tal-każin filwaqt li torganizza attivitajiet soÄ‹jali u kulturali. It-twaqqif tal-Kummissjoni Å»għażagħ Bajdisti fl-1988, kabbar  il-briju li jiÄ¡i mtella’ matul il-Ä¡ranet tal-festa, kif ukoll l-element zagħżugħ fil-każin żdied mhux ftit. Kummissjoni oħra importanti hija l-Kummissjoni Banda. Din tiltaqa’ minn żmien għall-ieħor biex tiddiskuti dak kollu li għandu x’jaqsam mat-tmexxija tal-banda, mużika, servizzi u affarijiet relatati oħra. Il-Kummissjoni PlanÄ‹ier, l-aħħar kummissjoni li Ä¡iet imwielda fi ħdan l-Għaqda, Ä¡iet imwaqqfa biex isseħħ il-ħolma ta’ ħafna partitarji, dik li jsir planÄ‹ier kif jixraq lill-banda. ProÄ¡ett li bdejna u Ä‹ertament se jitkompla u jitlesta fiż-żmien li Ä¡ej.

​

L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel dejjem ħadmet biex minn sena għall-oħra tkompli tkabbar u ssebbaħ il-festa tal-Patruna tagħha, il-festa tal-Madonna tal-Grazzja. Dejjem Ä¡abret il-ħiliet u l-kapaÄ‹itajiet fi ħdanha u għaqditom flimkien. Ta’ kull sena tat is-sehem tagħha fil-festa, anke fl-aktar żminijiet diffiÄ‹li.

​

Nar… armar… briju… baned… U fuq kollox l-imħabba lejn il-Madonna tal-Grazzja, Patruna taż-Å»abbarin.

​

Fadal ħafna x’wieħed jgħid. Kieku kellna nsemmu  dak kollu li għaddiet minnu l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel matul iż-żmien, ma nieqfu qatt…

​

Fadal hafna x’wiehed ighd!! Kieku kellna nsemmu dak kollu li ghaddiet minnu l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel matul iz-zmien, ma nieqfu qatt.

​

STORJA GLORJUÅ»A…

HIDMA BLA WAQFIEN…

B’KUMITATI TA’ ĦILA…

BL-AQWA BANDISTI MMEXXIJA MILL-AQWA SURMASTIJIET…

B’PARTITARJI NUMERUÅ»I…

IÅ»DA B’GĦAN WIEĦED…

L-IMĦABBA LEJN L-ARTI U L-KULTURA MUÅ»IKALI…

U FUQ KOLLOX LEJN IL-PATRUNI…

IL-MADONNA TAL-GRAZZJA U L-ARKANÄ LU SAN MIKIEL.

bottom of page