top of page
kalc.png

L-ikbar arblu f’Ħaż-Żabbar jagħlaq 16-il sena


ree

Din is-sena, l-ikbar arblu f’Ħaż-Żabbar qed jiċċelebra 16-il anniversarju minn meta ġie mżanżan għall-ewwel darba fid-daħla ta' Beltna. Kienet l-għaqda tagħna li, 16-il sena ilu, ħadet l-inizjattiva biex tibda żżejjen id-daħla ta’ Ħaż-Żabbar bil-lewn aħdar, dritt li l-għaqda żammet b’determinazzjoni anke meta dan id-dritt ġie kkontestat b'mod infondat.


L-arblu huwa simbolu ta’ dedikazzjoni u identità u jwassal il-messaġġ simboliku li għalina s-sehem komunitarju ħaj is-sena kollha. Maż-żmien, dan l-arblu sar wieħed ikoniku, mhux biss għaż-Żabbarin iżda wkoll għal dawk li jżuru lill-Beltna, speċjalment fil-ġimgħat tal-festa. Illum l-arblu qiegħed jibqa' jiżżejjen tul is-sena skont l-okkażjoni: bi bnadar festivi, siġra tad-dawl fil-Milied, salib għall-Ġimgħa Mqaddsa, fost l-oħrajn.

ree


Fl-aħħar snin, l-arblu ġie rrestawrat u anke imkabbar, biex illum hu kkonfermat bħala l-itwal arblu f’Ħaż-Żabbar, b’tul ta’ 155 pied. Dan kollu bis-saħħa tal-ħidma volontarja, l-impenn u l-imħabba ta' bosta volontiera partikolarlment James Magro u l-familja tiegħu flimkien ma' Noel Galea u oħrajn li jagħtu sehemhom.


Il-fatt li dan l-arblu ilu 16-il sena jżejjen id-daħla ewlenija ta’ Ħaż-Żabbar huwa xhieda ta’ kontinwità, identità u għaqda.

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page