top of page
kalc.png

Irreġistrati l-akbar numru ta’ studenti mal-Iskola tal-Mużika u l-Arti San Mikiel

L-Iskola tal-Mużika u l-Arti San Mikiel qed tiċċelebra rekord ġdid b’35 student rreġistrati għat-tagħlim tal-mużika. Dan hu l-akbar numru li qatt kellha sa issa l-għaqda tagħna u probabbilment wieħed mill-akbar numru ta' allievi li Għaqda għandha madwar pajjiżna. Dan il-kisba hija frott ta’ proċess ta’ tiġdid li beda sitt snin ilu, meta l-għaqda ħadet l-inizjattiva biex twaqqaf skola strutturata u moderna fil-qalba tal-komunità Żabbarija.


Illum l-iskola toffri taħriġ f’diversi dixxiplini mużikali u artistiċi grazzi għall-erba’ għalliema speċjalizzati f’oqsma mużikali differenti. Is-sede tagħna ġie wkoll ittrasformat fi spazji differenti li jilqgħu t-tagħlim tal-mużika, taż-żfin, il-kant u attivitajiet oħra artistiċi.



Inizjattiva ġdida tinkludi wkoll it-twaqqif ta’ kor vokali, magħmul minn grupp ta’ kantanti żgħażagħ li bħalissa qed jirċievu taħriġ apposta. Dan il-kor mistenni jieħu sehem f’attivitajiet marbuta mal-festa kif ukoll f’inizjattivi kulturali oħra matul is-sena.




Is-suċċess li qed jiġi miksub qed joħloq ukoll sfidi ġodda. L-għaqda bħalissa qed taħdem biex tespandi l-faċilitajiet edukattivi u tipprovdi aktar spazji, riżorsi u inizjattivi sabiex ikompli jissaħħaħ il-livell tat-tagħlim. Dan l-investiment huwa kruċjali biex jilqa’ għad-domanda dejjem tikber u biex jinbena futur artistiku b’saħħtu għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.



Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page