top of page
kalc.png

L-Erbgħa tat-Tniebri f'Ħaż-Żabbar

Kull sena, Ħaż-Żabbar isir ċentru ta’ riflessjoni u devozzjoni waqt L-Erbgħa tat-Tniebri, attività li tfakkar il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din il-manifestazzjoni reliġjuża u kulturali tiġbor flimkien aktar minn 300 personaġġ, inklużi karattri bibliċi u tradizzjonali Maltin, li jagħtu ħajja lil din il-ġrajja qaddisa.


Biex titkabbar l-esperjenza spiritwali, qabel il-purċissjoni, issir play qasira li tfakkar ġrajjiet relatati mal-Passjoni ta’ Kristu. Wara, il-purċissjoni tibda minn Misraħ is-Sliem, fejn il-Banda San Mikiel, magħrufa għall-kontribut mużikali tagħha, takkumpanja 'l-parteċipanti b’marċi funebri u innijiet. Żewġ gruppi ta’ scouts, minn Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra, jingħaqdu wkoll biex jagħtu dimensjoni unika lil din l-attività.


Qabel ma tintemm il-manifestazzjoni, issir it-tisliba ta’ Sidna Ġesù Kristu, ġrajja simbolika li tħalli impatt qawwi fuq dawk kollha preżenti. Barra minn hekk, ser ikunu disponibbli postijiet bilqiegħda għal dawk li jattendu sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-attività b’mod komdu.


It-toroq ta’ Ħaż-Żabbar jinbidlu f’xena ta’ qima, b’xemgħat u dekorazzjonijiet li jżidu mal-atmosfera solenni. Din l-attività mhux biss tgħaqqad 'il-komunità Żabbarija, iżda wkoll tattira viżitaturi minn madwar Malta kollha biex jesperjenzaw il-qawwa spiritwali u l-kultura rikka li din l-attività toffri.


Segwi hawn


Ritratti - Edward Duncan

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page