top of page
kalc.png

Qatt kont taf x’inhu l-masklu?

Maskli (Logħob tan-nar - kliemustorja)
Maskli (Logħob tan-nar - kliemustorja)

Il-masklu hu wieħed mill-aktar elementi ikonicċi fix-xogħol tan-nar Malti li joħodna lura fis-snin. Prattikament dan hu kontenitur tal-metall oħxon li minnu jkun sparat il-murtal, sintendi dak iż-żmien ma kien xejn għajr murtal tal-bomba. Fi żmien il-Kavallieri, minn fejn hu magħruf li oriġinat l-ewwel namra għall-iżvilupp tan-nar tal-ajru, il-ħruq tan-nar kien pjuttost primittiv meta ikkumparat mal-lum u wieħed jista' jgħid ukoll li kien xi ftit jew wisq perikoluż, fejn kienu jitqiegħdu diversi maskli ħdejn xulxin, u bejn wieħed u ieħor tgħaddi niċċa magħmula minn ringiela twila ta’ porvli.

Macchina di fuoco fuq il-baħar (Logħob tan-nar - kliemustorja)
Macchina di fuoco fuq il-baħar (Logħob tan-nar - kliemustorja)

Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, kienu jużaw ukoll struttura magħrufa bħala macchina del fuocho li minnha kien jittella’ l-logħob tan-nar. Din ma kienet xejn għajr arkata tal-injam għolja sa għaxar metri li minnha kien jinħaraq il-logħob tan-nar. 


Illum, mijiet ta' snin wara, l-arti tan-nar f’Malta kompliet tiżviluppa u rebħet rikonoxximent fuq livell internazzjonali. F’Ħaż-Żabbar, din it-tradizzjoni għadha ħajja aktar minn qatt qabel. Il-voluntiera, b’mod partikolari dawk fi ħdan l-għaqda tagħna, jaħdmu sena sħiħa biex jipproduċu wirjiet mill-isbaħ kemm tan-nar tal-ajru kif ukoll tal-art — xogħol prezzjuż li jgawdi minnu kulħadd fil-jiem tal-festa u li jirrifletti l-passjoni u d-dedikazzjoni bla qies tagħhom.

ree
ree

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page