REĠGĦET FEĠĠET IL-FIRE ENGINE LI TFIET IN-NAR FIT-TRAĠEDJA TAL-VULCAN
- Zabbar.MT Team
- Jun 20
- 1 min read

Fi ġest nobbli, 4 snin ilhu, l-aħwa Joseph u Michael Cachia, magħrufa bħala l-PITI minn Bengħajsa, għamlu donazzjoni prezzjuża lill-Korp tal-Protezzjoni Ċivili, il-vettura tan-nar storika li kienet intużat biex tintefa l-ħerba li ħalla l-Vulcan f’Ħaż-Żabbar.
Din il-vettura, li għal bosta snin kienet f’idejn il-familja Cachia, għandha importanza kbira mhux biss f’termini ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar, iżda wkoll bħala xhieda ħajja ta’ waħda mill-aktar traġedji li qatt seħħew f’Malta. Il-ġrajja mwiegħra li seħħet fit-14 ta’ Ottubru 1975, meta ajruplan militari Ingliż tat-tip Vulcan waqa’ u ħalla warajh ħerba f’Ħaż-Żabbar.

Il-fire engine li ntużat f’dak il-jum memorabbli kienet waħda mill-ewwel li waslet fuq il-post biex tipprova tiġġieled in-nirien. Wieħed iħares ‘il quddiem li din l-għodda li darba serviet bħala l-ewwel linja ta’ difiża f’dak il-mument kruċjali, tingħata t-tieni ħajja permezz ta’ restawr estensiv.
Ritratti: Raymond Coleiro, Nostalgia Malta (Facebook)
Comentarios