top of page
kalc.png

L-EWWEL BANDISTA MARA KIENET MAL-BANDA SAN MIKIEL

Writer's picture: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

Fis-Soċjetà tagħna, in-nisa kellhom u għad għandhom l-opportunità li jkunu mużiċisti.


Fl-1954 is-Soċjetà kellha lil Grace Barnett bħala l-ewwel bandista mara fi ħdanha u,

sa fejn hu magħruf uffiċjalment, il-Banda San Mikiel kienet l-ewwel Banda Maltija li

bdiet tilqa’ n-nisa fi ħdanha.


Hija kienet iddoqq l-euphonium. Damet iddoqq mal-Banda s’April tal-1956 peress li ma baqgħitx toqgħod pajjiżna. L-aħħar li ġiet iżżur pajjiżna, ġew magħha wkoll in-neputijiet tagħha fejn ilkoll flimkien daqqew mal-Banda San Mikiel.


Kien fihom għaxqa tarahom idoqqu lkoll strumenti differenti. Kienet xena li ma ninsieha qatt! Din turi ħaġa waħda li din is-Soċjetà hija inklussiva għax tilqa’ lil kulħadd u dejjem kienet katalista u l-ewwel f’ħafna oqsma, inkluż din imsemmija.

Kommentare


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page