top of page

Tislima lil Michael Delia


Fl-aħħar jiem Ħaż-Żabbar tilef raġel bi prinċipju sod, qalbieni u ħabrieki għal Beltu. Michael Delia, ħalla din id-dina fl-għomor ta' 89 sena nhar il-Ġimgħa 29 ta' Jannar, 2021.


Michael kien magħruf sew għall-kontribut soċjali tiegħu fl-oqsma mużikali u dawk politiċi. Għal numru ta' snin serva bħala konsulent tekniku fi ħdan il-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel.


Michael kien ukoll wieħed mill-persuni strumentali fl-iżvilupp tal-Hompesch Social Club, jew kif ħafna jsibuh bħala s-Social, fejn għal bosta snin kien iservi fil-kariga ta' President.


Tul is-snin, is-sehem tiegħu fil-volontarjat kien mifrux bil-bosta u kien ukoll involut fil-qasam politiku fil-lokal ta' Wied il-Għajn, fejn serva fil-kariga ta' Segretarju tal-Kumitat tal-Partit Laburista għal aktar minn 60 sena.


Il-Banda San Mikiel sellmet għall-aħħar darba lis-Sur Delia lbieraħ waqt il-funeral fil-Knisja ta' Sant Anna f'Wied il-Għajn.


Minn hawn nieħdu l-okkażjoni sabiex inwasslu l-kondoljanzi lill-familja Delia.


Grazzi ta' kollox Michael.

Recent Posts

See All
AQRA AKTAR ARTIKLI 
bottom of page