top of page
kalc.png

Meta sajjetta laqtet dar fi Triq Santa Marija

Mhux l-ewwel darba li smajna li s-sajjetti jistgħu joqtlu lin-nies u sfortunatament dan ġieli seħħ anki f’Malta.


Fil-fatt, wieħed mill-aktar każi riċenti joħodna f’għalqa bejn Ħaż-Żabbar u Marsaskala propju fit-3 ta’ Settembru 2012, meta persuna ntlaqtet minn sajjetta waqt li kienet qiegħda għall-kaċċa flimkien ma’ persuna oħra u mietet ftit tal-ħin wara.



Ċirkostanza li setgħet kienet agħar, seħħet fil-lokal tagħna ta’ Ħaż-Żabbar ħafna żmien ilu preċiżament il-Ħadd 5 ta’ Diċembru 1937 meta waqt maltempata, sajjetta laqtet dirett id-dar ta’ Toni Camilleri li kien jgħix f’31, Triq Santa Marija, Ħaż-Żabbar. Is-sajjetta laqtet id-dar tiegħu għal ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, fil-ħin li huwa u sitt persuni oħra kienu qegħdin f’din id-dar. Fil-ħin li għamlet dis-sajjetta qawwija, in-nies kollha li kienu hemm semgħu ħsejjes kbar u d-dar kollha theżżet. Il-kamra ta’ fejn kienu qegħdin il-qraba ta’ Camilleri, sfat imġarrfa sewwa u xi fajjenza li kien hemm inkisret, filwaqt li gwardarobba ġratilha l-ħsara. B’xorti tajba ħadd ma korra.


Sewwa kienu jgħidu missirijietna li s-sajjetti ibża’ minnhom għax fejn iridu jsibuk!



Ritratt: Man killed by lightning (Times of Malta)

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page