top of page
kalc.png

Imut Dun Ġużepp Sultana: Is-Saċerdot Żabbari li kien ta’ spalla għal bosta Żabbarin

Updated: Jul 22

B’sogħba kbira, ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Dun Ġużepp Sultana, saċerdot maħbub mill-komunità Żabbarija, li miet fl-età ta’ 84 sena.


ree

Dun Ġużepp kien magħruf għall-umiltà tiegħu, iżda fuq kollox għall-impenn sieket iżda effettiv tiegħu mal-familji u t-tfal li kienu jiffaċċjaw diffikultajiet soċjali. Għal ħafna, kien pilastru u kien dejjem hemm meta xi ħadd kellu bżonn kelma ta’ kuraġġ.


Wieħed mill-akbar proġetti tiegħu kien it-twaqqif ta' Ċentru Nazzaret, fiż-żona tal-Housing Estate u Bulebel iż-Żgħir, fejn b’dedikazzjoni kbira offra tagħlim tad-duttrina kif ukoll attivitajiet ekstrakurrikulari għat-tfal. Dan iċ-ċentru sar għajnuna importanti għal ġenerazzjonijiet ta’ tfal u adolexxenti li mhux biss tgħallmu dwar il-fidi, iżda sabu wkoll ambjent sigur, pożittiv u miftuħ.


Il-funeral tiegħu se jsir għada t-Tlieta, 22 ta’ Lulju 2025. Hu ser ikun espost fil-Kappella tal-Lunzjata f’Ħaż-Żabbar mis-7:30am. Fl-9:45am jibda korteo lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, fejn se tiġi ċċelebrata Quddiesa praesente cadavere fl-10:30am, ippreseduta minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna.


Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

U d-dawl ta’ dejjem idawwal fuqu.

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page