top of page
kalc.png

ILLUM 100 JUM QABEL IL-FESTA

Illum, is-7 ta' Ġunju 2024, jaħbat mhux biss il-festa nazzjonali tas-Sette Giugno iżda wkoll 100 jum qabel il-festa tal-Madonna tal-Grazzja, il-jum tant mistenni minna ż-Żabbarin.


Din is-sena l-festa tal-Madonna tal-Grazzja ser taħbat il-Ħadd 15 ta' Settembru. It-toroq u l-imsieraħ Żabbarin jintlew bi mħabba u bid-devozzjoni meta l-Madonna tterraq fil-purċissjoni tant mistennija mhux miż-Żabbarin biss iżda minn bosta devoti Maltin u Għawdxin.


L-Għaqda tagħna din is-sena qed tħejji ċelebrazzjonijiet mill-isbaħ matul ix-xhar ta' Awwissu u Settembru. Kalendarju ta' attivitajiet għal kulħadd - b'attivitajiet, marċi, spettakli, il-kunċert annwali, fost bosta inizjattivi u sorpriżi oħra li l-voluntiera fi ħdan l-Għaqda qegħdin iħejju.


Inħarsu 'l quddiem għal dawn il-100 jum, mitt jum ta' stennija, iżda fuq kollox ta' ħidma u impenn sabiex norganizzaw bħal kull sena l-akbar festa f'pajjiżna.

コメント


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page