S’issa, il-Banda San Mikiel telgħet iddoqq barra minn xtutna 12-il darba. Huwa ta’ unur għas-Soċjetà li tirrappreżenta lil pajjiżna, speċjalment meta tqis li f’perjodu daqstant qasir, ħadet sehem f’dawn is-safriet kollha u kull darba l-Banda San Mikiel ħarġet bl-unuri kollha.
Dawn jikkonfermawh il-postijiet barranin kollha li żaret, għax ilkoll kellhom ħlief ta’ tifħir għas-servizz li tat il-Banda b’mod impekkabbli.
Hawn mhux possibbli noqgħod nidħol fid-dettall dwar is-safar li kellha l-Banda matul is-snin.
Iżda se nsemmihom fl-ordni li ġraw:-
L-ewwel darba li l-Banda siefret kien fl-1991 meta dakinhar, bejn is-7 u t-12 ta’ Mejju
1991, il-Banda San Mikiel daqqet għall-ewwel darba fi Tre Castagni fi Sqallija
Fl-1994, il-Banda San Mikiel daqqet mis-6 sat-13 ta’ Frar f’Agrigento fi Sqallija
Fl-1995, mit-3 sal-10 ta’ Frar, għal darb’oħra l-Banda San Mikiel daqqet f’Agrigento fi
Sqallija
Fl-1996, mid-29 ta’ Ġunju sas-6 ta’ Lulju, il-Banda daqqet f’Ruma u f’Parma l-Italja
Fl-1997, mill-10 sas-17 t’Ottubru, f’Ateni fil-Greċja
Fl-1998, mill-21 sat-28 ta’ Ġunju, f’Monastir it-Tuneżija
Fl-2000, mid-29 ta’ Ġunju sal-4 ta’ Lulju, f’Lugano fl-Isvizzera
Fl-2004, mit-30 ta’ Settembru sas-6 t’Ottubru, f’Palazzo Acriede fi Sqallija
Fl-2005, mit-8 sal-15 ta’ Ġunju f’Rybnic il-Polonja
Fl-2017, mis-7 sal-14 t’Ottubru ġewwa Valencia fi Spanja
Fl-2018, mit-28 ta’ Settembru sal-1 t’Ottubru f’Monte Sant’Angelo l-Italja
Fl-2019, mill-1 ta’ Lulju sat-3 ta’ Lulju f’Gela fi Sqallija
S’issa dawn kienu s-safriet li ħadet sehem fihom il-Banda. Nittama li jkollha aktar stediniet fejn tkun f’pożizzjoni li tilqagħhom ħalli tieħu sehem fihom, fejn mhux biss tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna, iżda tagħmel ukoll ġieħ lilha, permezz tal-mużika li ttella’.
Comments