top of page
kalc.png

SUMMER KIDS CLUB JIRRITORNA ĠEWWA L-KAŻIN

Writer: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

Għandek tfal bejn l-4 u l-11-il sena? Tixtieq li dan is-sajf jagħmlu attivitajiet varjati? Għal sena oħra qed jerġa’ jiġi organizzat is-Summer Kids Club ġewwa l-Każin tagħna. L-għan ta’ dan il-klabb huwa li ta’ darba fil-ġimgħa, it-tfal kollha ta’ bejn l-4 u 11-il sena jinġabru flimkien, jitgħallmu, joħolqu affarijiet kreattivi, kif ukoll jieħdu pjaċir bil-kumpanija ta’ xulxin u bil-logħob organizzat mill-adulti.


Din is-sena l-programm se jkun wieħed varjat ferm u huwa maqsum fuq 7 ġimgħat kull nhar ta’ Tnejn, mit-Tnejn 8 ta’ Lulju sat-Tnejn 19 ta’ Awwissu. Dawn is-sessjonijiet jinkludu krafts bi tħejjija għall-festa, film, logħob tradizzjonali, spa day, tisjir, kif ukoll logħob bl-ilma. Dawn is-sessjonijiet iwassluna biex flimkien niċċelebraw Festa Tfal nhar l-Erbgħa 4 ta’ Settembru.


Aħna nħeġġukom biex, dawk li għadhom ma bbukkjawx, jagħmlu dan kemm jista’ jkun malajr għax in-numru ta’ tfal li jkunu parti minn dan il-klabb huwa limitat biex b’hekk nassiguraw li l-membri dejjem ikunu taħt is-superviżjoni tal-adulti.


Dawk kollha li jixtiequ jingħaqdu magħna għandhom iċemplu fuq 79067528 għal iktar informazzjoni.




 

Comentarios


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page