top of page
kalc.png

KONT TAF LI F’ĦAŻ-ŻABBAR KIEN HAWN ĊINEMA?

F’Ħaż-Żabbar kont issib wieħed mill-aktar ċinemas popolari f’Malta u kien jinsab fi Triq il-Kbira.


L-Eks Buckingham Theatre kien spazju mgħammar kemm għall-wiri tal-films kif ukoll għall-produzzjonijiet teatrali. Teatru li kellu reputazzjoni pożittiva u mfittex minn bosta li kienu jgħixu lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta. Dam jopera għal numru ta’ snin sakemm fl-1993 ingħalaq darba għal dejjem.


Sfortunatament parti sostanzjali minn dan it-teatru twaqqgħet biex illum insibu numru ta’ garaxxijiet u bini ieħor li estetikament xejn ma jagħti ġieħ lejn l-istorja ta’ dan it-teatru tant popolari u li qabel kien mogħni b’arkitettura mill-isbaħ ta’ żmien Vittorjan.

Comentarios


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page