top of page
kalc.png
Writer's pictureZabbar.MT Team

IL-KUNĊIZZJONI F’MISRAĦ SAN ĠAKBU ĊĊAQALQET 3 DARBIET

L-istatwa tal-Kunċizzjoni f’Misraħ San Ġakbu hija waħda mill-ikoni artistiċi li nsibu fil-qalba ta’ Beltna. Din l-istatwa hija xogħol is-Senglean Antonio Chircop (1798-1869).


Oriġinarjamanet din l-istatwa kienet tinsab mal-binja tal-għassa l-antika fi triq is-Santwarju iżda aktar tard tul is-snin kienet tmexxiet minħabba li kienet tpoġġiet l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja ta' Mariano Gerada (1766–1823) li kienet saret bħala ringrazzjament miż-Żabbarin għall-interċessjoni tal-Madonna tal-Grazzja mit-taħbit tal-Franċiżi.


Iżda wara li din l-istatwa tmexxiet f’Misraħ San Ġakbu, mill-ġdid reġgħet ġiet relokata fl-istess pjazza madwar l-1967 meta l-Kunċizzjoni ċċaqalqet minn mal-ġenb tal-pjazza fejn kienet u ttieħdet f’nofs il-pjazza fejn tinstab illum u sar xi tisbieħ billi tħawlu xi siġar u bankijiet.


Fir-ritratt meħud minn Joe Garzia, naraw l-istatwa fil-lok l-antik, b’żewġ binjiet warajha li għadhom bil-marki tal-ħsarat tal-Gwerra. Kien hemm ħsieb li jinbidel il-pedestall tagħha iżda dan il-proġett ma seħħx. Fl-1970 din l-istatwa, bi spiża ta’ Lm30, il-parroċċa ħallset il-komunikazzjoni tal-elettriku għaliha.


Dan l-aħħar il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar impenja ruħu f’restawr estensiv ta’ din l-istatwa sabiex terġa' titgawda fis-sbuħija kollha tagħha.


Ritratti ħajr : Grezzju Mugliette

Riċerka ħajr : Michael Buhagiar

Recent Posts

See All