
Il-Banda San Mikiel qed tagħmel marċ mat-toroq taż-Żurrieq bħala parti mill-festi lill-Madonna tal-Karmnu fil-marċ popolari tal-Ħamis, fuq stedina tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria.
Dakinhar il-Banda San Mikiel, apparti li tagħmel marċ mat-toroq, titla’ fuq il-planċier flimkien ma’ banda mistiedna oħra u jdoqqu marċi flimkien mil-librett tal-Banda Queen Victoria. Ikun marċ kolossali u jattendu ħafna nies għalih. Min-naħa l-oħra, il-Banda Queen Victoria qed tkun mistiedna mis-Soċjetà tagħna biex tagħmel marċ brijuż madwar it-toroq ta’ Ħaż-Żabbar li jkun akkumpanjat bil-briju waqt il-marċ tal-Erbgħa.
Nieħdu gost nieħdu sehem fil-festa tagħhom bħalma huma jieħdu sehem u jieħdu gost fil-festa tagħna u napprezzaw l-istedina li qed jagħmlulna kull sena.
Comments