top of page
  Dritt ta' Risposta l-Umbrella l-Kbira 

L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Å»abbar A.D.1883 tixtieq tiÄ‹Ä‹ara u tirrabatti l-ineżatezzi li Ä¡ew miktuba fl-artiklu “Jimmiraw għal rekord dinji... wara dak lokali” li deher kemm fuq il-portal onlajn inewsmalta kif ukoll stampat fuq l-Orizzont tas-Sibt 1 ta’ Ottubru f’paÄ¡na 11. Nibdew mill-fatt li r-ritratt li deher mal-artiklu ma jirriflettix l-umbrella li Ä¡iet sottomessa għall-verifiki tar-rekord kif miktub u l-caption “L-Akbar Umbrella tal-Festi f’Malta” huwa wieħed qarrieq li jinganna u jiżgwida lill-qarrejja.
 

F’Settembru tal-2014, The Malta Records kejlu l-umbrella maħduma mill-Kummissjoni Å»għażagħ Bajdisti meta din kienet armata biex titgawda fil-festa tal-Madonna tal-Grazzja. Dik il-Ä¡imgħa, li kienet il-Ä¡imgħa tal-festa f’Ħaż-Å»abbar, suppost li kellha titkejjel ukoll l-umbrella msemmija fl-artiklu tagħkom, iżda peress li d-differenza fil-kobor hija anke viżwalment evidenti, kif jista’ jixhed kull min jattendi għall-festa f’Ħaż-Å»abbar, dawn irtiraw u ma daħlux għall-imsemmi rekord.

Sena u nofs wara, f’Ä unju tal-2016, ‘il bogħod mill-jiem tal-festa u fil-periferiji ta’ Ħaż-Å»abbar, ‘il bogħod ukoll minn fejn tinfetaħ fil-festa, Ä¡ara dak li Ä¡ie rrappurtat fuq dan il-Ä¡urnal. Din l-umbrella, alterata biss għal dakinhar, ma tistax tinfetaħ fil-jiem tal-festa kif stipulat f’kuntratt bejn il-partijiet kollha. Tant hu hekk li saħansitra ntbagħtet ittra uffiÄ‹jali lill-Għaqda tagħna fejn is-SoÄ‹jeta l-oħra qed tigarantixxi li l-umbrella li se tintuża għall-festa li għadha kemm għaddiet hija l-istess waħda tas-snin ta’ qabel, jiÄ¡ifieri l-istess waħda li kienu rtiraw li jkejlu fil-jiem tal-festa u mhux kif modifikata f’Ä unju fil-periferiji ta’ Ħaż-Å»abbar.

Nixtiequ nagħmlu referenza wkoll għall-interpretazzjoni tar-regolamenti sabiex jitkejjel dan ir-rekord. L-ewwel nett, kategorikament niċħdu li kienet l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel li fasslet dawn ir-regolamenti kif Ä¡ie allegat kemm il-darba fuq il-midja soÄ‹jali. Li ssib ‘toqba’ fir-regolamenti, kif saħansitra Ä¡ie rrapurtat minn inewsmalta, mhux mod serju u denju kemm għal min japplika kif ukoll għal min jivverifika rekord u jiÄ¡u jew ma jiÄ¡ux ikkwotati biss Ä‹ertu regolamenti filwaqt li jiÄ¡u njorati oħrajn. It-titlu l-akbar umbrella ta’ festa jitkellem waħdu u nħallu lil kulħadd jasal għall-konklużjoni meta u fejn jinfetħu l-umbrelel tal-festa f’Ħaż-Å»abbar.
 

Għal dawn ir-raÄ¡unijiet, l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Å»abbar A.D. 1883 qed iżżomm id-drittijiet tagħha għal dak kollu li jista’ jinqala’ fuq din il-kwistjoni. L-Għaqda tirringrazzja lill-Kummissjoni Å»għażagħ Bajdisti, flimkien mal-voluntiera kollha li kienu ħadmu fuq din l-umbrella Ä¡awhra unika taż-Å»abbarin kemm għall-gost li dejjem tat lill-partitarji numerużi Bajdisti flimkien ma’ dawk kollha li jiÄ¡u jżuruna, kif ukoll għall-ħsieb u l-għaqal li għarfu jużaw sa mill-bidu nett fejn qatt ma kellha għalfejn tiÄ¡i armata u alterata fi żmien barra l-festa sabiex tikkompeti f’xi rekord jew għal xi raÄ¡unijiet oħra.
 

Filwaqt li nirringrazzjawk talli għoÄ¡bok tippublika din id-dritt tar-risposta flimkien mar-ritratt tal-umbrella oriÄ¡inali fil-jiem tal-festa, l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel tħalli kemm għall-intelliÄ¡enza tal-qarrejja kif ukoll għal dawk l-eluf li jiÄ¡u għall-festa ta’ Ħaż-Å»abbar il-Ä¡udizzju ta’ min hi verament l-akbar umbrella ta’ festa.

bottom of page