top of page

SEJĦA GĦALL-ESPRESSJONIJIET TA' INTERESS

SPAZZJI KUMMERĊJALI

 

Bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni u żvilupp tas-sede tal-Għaqda, l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel A.D 1883 Żabbar qedgħa tippubblika sejħa għall-espressjonijiet ta' interess għall-kommerċjalizzazjoni ta’ spazzji fi ħdan is-sede tal-Għaqda li tinsab xx, Misraħ is-Sliem, Ħaż-Żabbar.

 

Il-Kumitat Ċentrali ser ikun qiegħed jilqa’ proposti ta’ proġetti kreattivi u sostenibbli li jħarsu fit-tul u li joffru dimensjoni wiesa li issarraf fi proġetti sostenibbli li mhux biss ikunu ta’ gwadan finanzjarju iżda ukoll soċjali. Is-sottomissjoni għandhom jikkumplimentaw spazzji oħra fi ħdan il-binja filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tal-Għaqda.

 

Ser jiġu milqugħa proposti ħolistiċi li jkopru dawn l-ispazzji;

 

·  Iż-żona tal-bar  

·  Spazzju miftuħ fis-sular t’isfel

·  Il-Kċina

·  Il-Kantina (Store)

·  Misraħ is-Sliem

 

Hu mistenni li l-applikant jimxi ma’ dawn ir-rekwiżiti bażiċi;

 

  1. Il-kirja għandha tkopri prejodu ta’ mhux inqas minn 4 snin u mhux aktar minn 10 snin

  2. M’hemmx irbit għajr dawk konformi mal-liġijiet ta’ Malta fuq il-ħinijiet tal-ftuħ. Iżda l-ispazzju prinċipali għandu jkun tal-anqas miftuħ f’dawn il-ġranet u ħinijiet;

    1. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-6PM sal-11PM

    2. Is-Sibt u il-Ħadd mit-8AM sal-11PM

    3. Festi Pubbliċi mit-8AM sal-11PM

  3. Trid tiġi proposta sottomissjoni ta’ kif ser ikunu qedgħin jintużaw l-ispazzji kollha

  4. Għandu jiġi sotomessi dokument professjonali li jinkludi kull tibdil estetiku

  5. Kull alterazzjoni sabiex jiġi akkomodat l-operat għandhom jiġu sottomessi fil-proposta

  6. Mhux permess sub leasing tal-propjeta’ sakemm mhux parti mill-arranġament fil-proposta iniżjali.  

  7. Issir manutenzjoni regolari fuq il-lokazzjoni u l-għamara mobbli u immobbli

  8. Kundizzjonijiet fuq għamara immobbli iridu jiġu speċifikati fl-applikazzjoni 

  9. Għandu jiġi offrut servizz ta’ Wi-Fi b’xejn lill-parruċani

  10. L-ispazzju prinċipali għandu jkun mgħammar b’servizz ta’ televiżjoni internazzjonali li jxandar kemm stazzjonijiet lokali, internazzjonali u dawk sportivi. Dan is-servizz għandu jkopri tal-anqas żewġ trasmissjonijiet rikurrenti.  

  11. Ma jistgħux issiru avvenimenti ta’ natura politika jew partiġjana.

  12. Kull avveniment irrid issir fil-parametri tal-liġi ta’ Malta

  13. Irrid jiġi rispettat il-kalendarju ta’ attivitajiet stabbilit mill-Kumitat Ċentrali

  14. L-inkwilin għandu jieħdu kull prekawżjoni neċessarja sabiex jaċċerta konformita’ mal-liġijiet tas-sanita’, saħħa u sigurta inkluż xogħolijiet infrastrutturali li jistgħu ikunu meħtieġa

  15. L-applikant irrid jissottometti kopja ta’ dawn id-dokumenti;

    1. Karta tal-Identita’

    2. Kopja tal-Fedina Penali

    3. Dikjarazzjoni iffirmata minn professjonist li tikkonferma li l-applikant kemm jekk individwu jew kumpanija qedgħin fi stat finanzarju li jistgħu iwettqu u joperaw il-proġett.

  16. Il-post għandu jkun assigurat minn polża tal-assikurazzjoni u li tkopri l-valur tal-propjeta mobbli kif ukoll dik immobli

  17. Ma’ jiġux milqugħa proposti ta’ inqas minn € 30,000

 

Kull min huwa interessat jista’ jitlob aktar informazzjoni, dokumenti addizzjonali u jżur il-post billi jibgħat email formali fuq segretarju@talgrazzjabandasanmikiel.com Kull korrispondenza u laqgħat skedati ser ikunu dokumentati.

 

Is-sottomissjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru 2021 f’ 7pm.

 

Il-Kumitat Ċentrali izomm kull dritt li tista; tiġi rrifjuatata kull xorta ta’ offerta, anke l-aktar waħda vantaġġjuza.

bottom of page