top of page

IL-PARTEĊIPAZZJONI SOĊJALI
ANALIŻI F'BELT HOMPESCH

Il-Parteċipazzjoni Soċjali: Analiżi f’Belt Hompesch” huwa l-ewwel studju ta’ dan it-tip li sar f’Malta, ikkummissjonat mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883 u cofinanzjat mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali.

 

L-istħarriġ sar f’Ħaż-Żabbar, lokalità magħrufa għall-festa kbira tagħha. Il-lokalità serviet bħala każ sabiex tinħoloq stampa ċara dwar kif in-nies jinterpretaw u jipparteċipaw f’attivitajiet soċjali.

 

Il-proġett joffri ħarsa lejn il-perċezzjoni tal-komunità dwar l-għaqdiet soċjali, l-interess lejn il-festa, u l-volontarjat bħala mezz ta’ parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika. Din l-inizjattiva toħroġ numri u xejriet importanti li jagħtu stampa reali tal-involviment soċjali f’pajjiżna u joffru bażi ta’ diskussjoni għal aktar żvilupp fil-futur.

 

L-istudju juri l-viżjoni innovattiva tal-Għaqda, li b’dan il-kunċett oriġinali xtaqet toħloq spazju ta’ riflessjoni u analiżi fuq ir-rwol tal-komunità u l-festa fil-ħajja soċjali Maltija.

L-istħarriġ sar f’Awwissu 2025 fil-lokalitajiet ta’ Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra, żewġ lokalitajiet differenti iżda li flimkien jiffurmaw parroċċa waħda. Il-proġett ġie maħdum mill-istatistiku u riċerkatur Prof. Vincent Marmara flimkien ma’ Sagalytics Ltd.

Preżentazzjoni b'siltiet minn dan l-istħarriġ tista titniżżel mill-ħolqa t'hawn taħt. 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page