top of page
kalc.png

Xogħol Kbir ta’ Manutenzjoni fil-Maħżen tal-Għaqda

ree

L-Għaqda tagħna għandha l-unur li hi s-sid ta’ maħżen kbir u sabiħ, li fih mhux biss jinħażen l-armar kollu tal-festa, iżda jsir ukoll ħafna xogħol siewi u artistiku li jsebbaħ il-festa Żabbarija. Dan il-maħżen huwa attiv tul is-sena kollha, b’ħafna voluntiera li jaħdmu bla waqfien sabiex il-festa tkun dejjem waħda mill-aqwa.


Il-maħżen inbena fit-tmiem is-snin tmenin, wara deċiżjoni fl-1989 biex jinbena maħżen ġdid għall-armar tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja. Ix-xiri tal-post fi Sqaq San Ġakbu sar f’Marzu 1990.


Riċentement, sar xogħol kbir ta’ manutenzjoni li jinkludi r-restawr tal-faċċata, manutenzjoni fuq l-appoġġi u restawr strutturali - grazzi għall-appoġġ finanzjarju tal-Kumitat Ċentrali u l-ħidma ddedikata tal-voluntiera. Se jiġi wkoll installat arblu ġdid, filwaqt li ġew miżjuda xkafef tal-ħadid sabiex jinħażen aħjar l-armar dejjem jiżdied.


Ix-xogħol li sar huwa pass importanti biex ikomplu jitjiebu l-preparazzjonijiet għall-festa tal-Madonna tal-Grazzja u l-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel. Dan juri l-impenn tagħna biex inkomplu nsebbħu lil Ħaż-Żabbar fi żmien il-festa, b’dedikazzjoni, passjoni u rispett lejn it-tradizzjoni tagħna.

ree
ree


 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page