top of page
kalc.png

XAHREJN GĦALL-FESTA – X’MISTENNI DIN IS-SENA?

Writer: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

Illum ninsabu eżatt xahrejn qabel il-festa tal-Madonna tal-Grazzja li din is-sena ser tiġi ċċelebrata l-Ħadd 15 ta’ Settembru, 2024.


L-Għaqda Madonna tal-Grazzja u l-Banda San Mikiel jinsabu ħerqana sabiex flimkien insarrfu frott xhur ta’ ħidma li għandhom joffru l-isbaħ u l-aqwa spettaklu matul il-jiem tal-festa tant għażiża għaż-Żabbarin.


Din is-sena ċ-ċelebrazzjonijiet bi preparazzjoni għall-festa ser jibdew bit-tnedija tal-festa nhar il-Ġimgħa 16 t’Awwissu fil-Verde Club Lounge fejn dakinhar ser jiġu mnedija b’mod uffiċjali ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għaqda tagħna kif ukoll marċi ġodda li ser inniedu għall-festa ta’ din is-sena.


Numru ta’ attivitajiet ser jiġu organizzati, uħud li issa jkunu mistennija minn sena għal oħra u oħrajn ġodda.


Il-marċ il-kbir ta’ San Mikiel ser jittella' bħal kull sena, marċ mistenni minn bosta Żabbarin u li din is-sena ser isir il-Ħadd 25 t’Awwissu, 2024.


Il-Ġimgħa tal-festa wkoll ser tkun imżewqa b’numru kbir ta’ avvenimenti u inizjattivi ġodda li ser jitħabbru dalwaqt.


Ma jonqosx li, frott il-ħidma tal-voluntiera, din is-sena ngawdu għadd ta’ proġetti ġodda li għandhom ikomplu jżewqu s-sbuħija tat-toroq u l-imsieraħ tagħna, kif ukoll il-marċi kbar li niċċelebraw b’mod uniku f’Ħaż-Żabbar.


Segwi din il-paġna sabiex taġġorna ruħek b’dak kollu li għandna imħejji għax-xhur u l-ġimgħat li ġejjin.




 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page