top of page
kalc.png

TRIQ IS-SANTWARJU MLIBBSA BIL-LEWN AĦDAR GĦAL JUM IL-BANDA SAN MIKIEL

Tul il-medda ta’ Triq is-Santwarju llum twaħħlu aktar minn 150 bandiera bi preparazzjoni għall-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel li din is-sena ser jiġi organizzat il-Ħadd 25 t’Awwissu 2024.


Fl-aħħar xhur numru ta’ partitarji, kienu qegħdin jaħdmu sabiex iħejju dawn il-bnadar biex ilibbsu libsa ħadra lil Triq is-Santwarju bi preparazzjoni għal dan il-marċ li għal dawn l-aħħar snin qiegħed ikompli jikber sena wara l-oħra.


Dan it-tiżjin għandu jikkumplimenta inizjattivi oħra li ser jittieħdu fil-jiem li ġejjin li għandhom jagħmlu dan il-marċ wieħed mill-akbar.


Grazzi għax-xogħol siewi li sar minn dawk li ħadmu fuq din l-inizjattiva.

 
 
 

Kommentare


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page