top of page
kalc.png

Staġun mingħajr telfa għat-Team A tal-Billiard tal-Verde – Promossi għal-Ewwel Diviżjoni!


Staġun mingħajr telfa għat-Team A tal-Billiard tal-Verde – Promossi għal-Ewwel Diviżjoni! Pass importanti u mistħoqq li jirrifletti l-impenn u d-dedikazzjoni tal-plejers kollha matul l-istaġun.


Il-pass lejn dan is-suċċess beda bil-Knockout Cup, kompetizzjoni miftuħa għat-timijiet tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni. Wara prestazzjoni b’saħħitha, it-tim spiċċa fil-finali kontra Fgura Band Club, fejn it-tim ta’ Verde Club Lounge rebaħ bl-iskor ta’ 11-9 f’logħba eċċitanti u bilanċjata.



Ftit wara bdiet il-kompetizzjoni tal-Christmas Cup, fejn it-tim għal darba oħra wasal sal-finali kontra l-istess avversarji – Fgura Band Club. Verde Club Lounge rebħu mill-ġdid bl-istess skor ta’ 11-9.



Fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar beda l-kampjonat tal-league, u f’Marzu bdiet il-kompetizzjoni tal-Easter Cup, fejn it-tim kwalifika għal finali oħra – din id-darba kontra Fgura Bocci Club – u mill-ġdid il-plejers Żabbarin ħarġu rebbieħa b’11-4, wirja dominanti u impressjonanti.



Matul il-kampjonat tal-league, it-tim baqa mingħajr telfa u spiċċa fl-ewwel post fil-klassifika. Dan wassal għall-fażi tal-playoffs: b’mod tradizzjonali, l-ewwel jilgħab mar-raba’, u t-tieni mat-tielet. It-tim iltaqa ma’ Santa Marija Mosta, f’żewġ logħbiet Home & Away, fejn kollettivament it-tim ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 21-13.



Dan ir-riżultat it-tim spiċċa fil-finali tal-league fejn, għal darb’oħra, affaċċja lil Fgura Band Club – u din id-darba l-iskor ġie ta’ 11-6.



Issa jifdal biss l-aħħar sfida: is-Super Cup, li ser tintlagħab illum it-Tlieta 10 ta’ Ġunju fid-7:00pm ġewwa Każin San Ġorġ, Ħal Qormi. L-aspettattiva hija għolja u l-eċitament hu wieħed kbir.



Forza Verde u prosit lill-players kollha għas-sena fenomenali li kellna! 💚👏


Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page