top of page
kalc.png

PROGRESS SOSTANZJALI FIL-PROĠETT TAL-PLANĊIER UNIKU F’ĦAŻ-ŻABBAR

Writer: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

Għall-festa ta’ din is-sena mistenni jitgawda progress sostanzjali li sar fil-proġett tal-planċier. Xogħol li issa ilu għaddej numru ta’ snin sa mit-twaqqif ta' Kummissjoni Planċier lura għall-2007.


Dan il-proġett ġab miegħu bosta sfidi, kemm minħabba l-ispiża kapitali kbira li issa hu stmat li għandha tlaħħaq kważi €250,000, kif ukoll ir-riżorsa limitata tal-artisti sabiex jitlesta x-xogħol artistiku u estensiv li fih id-disinn ta’ Josef Camilleri.


Madanakollu, il-membri fi ħdan il-Kummissjoni ilhom għal dawn l-aħħar snin jaħdmu fuq dan il-proġett sabiex ftit ftit jitlesta. Din is-sena wieħed jista' jgħid li kienet l-aktar sena mis-snin riċenti fejn wieħed ser ikun jista' jinnota progress.


Fost ix-xogħlijiet tlestew il-leġiji ġodda għall-bandisti kollha, leġiji b’disinn mill-isbaħ u li kollha jixegħlu. Għal dawn il-leġiji, minħabba t-toqol tagħhom, inħadmu wkoll karrijiet ġodda. L-ispiża ta’ dan il-proġett biss laħqet il-€11,000.


Tkompla wkoll ix-xogħol fuq l-injam fejn tlestew l-10 pilastri żgħar bl-iskultura tal-injam. Għaddej ukoll ix-xogħol fuq 10 pilastri ta’ taħthom, filwaqt li aktar skultura tinsab ordnata sabiex titwaħħal u tikkumplimenta l-panew għat-tond fuq il-pilastri.


Sadanittant tkompliet l-induratura fuq l-anġlu bid-deheb 24 karat biex issa l-angli u personaġġi huma kollha indurati bid-deheb. Sadanittant wieħed miż-żewġ anġli li għandhom jitpoġġew fuq kull naħa tal-planċier jinsab fi stadju avvanzat.


Inħarsu 'il quddiem sabiex dan il-proġett ikompli miexi fix-xhur u s-snin li ġejjin.




 

Komentarai


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page