top of page
kalc.png

NHAR IL-ĠIMGĦA LAUNCHING UFFIĊJALI TAL-FESTA

Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu jibdew b’mod uffiċjali ċ-ċelebrazzjonijiet u l-attivitajiet bi preparazzjoni u b’rabta mal-festa ta’ din is-sena. ‘Festa Launching’ fejn matulha Marcus u DJ Shakin ser idoqqu wħud mill-aqwa marċi ta’ kull żmien flimkien ma’ mużika oħra.


Avveniment mistenni li ser jibda jagħti togħma tal-festa li bosta huma ħerqana li jibdew jiċċelebraw.


Din is-sena mistenni jirritorna wkoll Domnic Cini bil-kant tal-marċi fis-CD maħruġa mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti


Id-dħul għal din l-attività huwa b’xejn għal kulħadd.


Fil-jiem li ġejjin ser jitħabbru wkoll numru ta’ attivitajiet u sorpriżi sbieħ li għandhom jagħmlu l-programm t’attivitajiet b’rabta mal-festa ta’ din is-sena wieħed mill-aqwa.

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page