top of page
kalc.png

Nhar Ħadd il-Palm

Mhux żgur ħafna minnkom jafu li l-Banda San Mikiel kienet ittella’ kunċert f’Ħadd il-Palm qabel il-gwerra. Avviż li deher fil-ġurnal il-Berqa tad-19 ta’ Marzu 1937, kien qed jistieden lin-nies biex tattendi għall-kunċert mtella’ mill-Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar fi Pjazza Prince of Wales fil-21 ta’ Marzu fis-7pm.



Dakinhar il-banda taħt it-tmexxija tas-Surmast Ġużeppi Deguara, kienet se tesegwixxi programm mużikali reliġjuż, fejn fost oħrajn kellhom jindaqqu l-‘Ave Maria’ ta’ Gounod, l-‘Elegio’ ta’ Doncich u r-‘Ricordare Domine’ tas-Surmast Bugeja. Matul ir-‘Ricordare Domine’ kellu jkanta wkoll il-President tal-istess Banda t-tenur Victor Cauchi. Persuna mhux minn Ħaż-Żabbar li kienet attendiet għal dan il-kunċert, kienet faħħret ħafna lill-Banda San Mikiel u lit-tenur Cauchi tal-prestazzjoni li kienu taw dakinhar waqt dan il-programm. Il-jum tal-21 ta’ Marzu 1937 inzerta b’temp sabiħ, kważi sajfi.


Il-persuna li kitbet fil-gazzetta taħt l-isem ta’ G.Z. qalet li kienet ilha ma tmur Ħaż-Żabbar u rat li dan ir-raħal kien inbidel mil-lejl għan-nhar b’bini ġdid, toroq ġodda u ndaf u b’kampanja li tgħaxxaq u bi knisja majestuża.



Ref: Il-Berqa 19-03-1937 pg4 - Il-Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar f’Ħadd il-Palm

Il-Berqa 25-03-1937 pg8 - Il-Banda ta’ San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar – ittra minn G.Z.

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page