top of page
kalc.png

KONT TAF LI JINGĦAD LI SAN MIKIEL DEHER F'MALTA UKOLL?

Writer's picture: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

Id-devozzjoni lejn il-protettur tal-Knisja, l-Arkanġlu San Mikiel, dejjem kienet waħda b’saħħitha madwar id-dinja fost il-Kattoliċi Nsara. Huma bosta l-ġrajjiet irrakkontati ta’ individwi li jistqarru dehriet tal-Arkanġlu li pproteġa lilhom jew lill-komunità tagħhom mill-għawġ u l-ħażen.


Infatti l-Knisja madwar id-dinja fit-8 ta’ Mejju ta’ kull sena, tfakkar il-bosta dehriet ta’ San Mikiel primarjament fosthom dik li seħħet fi Franza fejn illum insibu l-gżira, muntanja ta’ Mont-Saint-Michel.


F’Malta wkoll żewġ persuni stqarrew tul is-snin li kellhom dehriet minn San Mikiel.


Fil-Kunvent tal-Kapuċċini l-Furjana, propju fil-kappella tal-Madonna ta’ Lourdes, jingħad li San Mikiel deher lil Fra Adriano. Patri minn Enna, Castronovo li miet fl-1613 u li ġismu għadu jinsab ikkonservat fil-kannirja ta’ dan il-kunvent.


L-E.T.Mons Charles J. Scicluna mexxa diversi quddies f’din il-kappella sabiex titfakkar din il-ġrajja u ċ-ċeleberazzjoni tal-festa tal-Arkanġlu San Mikiel.



Ġuża Mifsud, li fis-snin disgħin kisbet popolarità kbira minħabba l-allegat dehriet li kellha mill-Madonna, ukoll kienet stqarret li dehrilha San Mikiel. Dan qalitu f’laqgħa ta’ talb nhar it-13 ta’ Novembru, 1991. Ftit xhur wara hi kienet mill-ġdid sostniet li kellha dehra oħra mill-Arkanġlu nhar is-Sibt 11 ta’ Jannar tal-1992.


Fil-post ta’ talb li għandu rabtiet devoti kbar, illum wieħed isib statwa ta’ San Mikiel li skont Ġuża Mifsud kien hu stess li qalilha sabiex twaqqaf flimkien ma’ salib.

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page