top of page
kalc.png

Kont taf li hemm rabta diretta bejn l-irvellijiet tas-Sette Giugno u Ħaż-Żabbar?

Is-Sette Giugno huwa jum storiku għall-Maltin li jfakkar ir-rivoluzzjoni tal-1919 kontra l-inġustizzji soċjali u l-għoli tal-ħajja taħt il-ħakma Brittanika. F’dawn l-irvellijiet fil-Belt Valletta, erba’ Maltin inqatlu meta s-suldati Brittaniċi fetħu n-nar fuq dimostranti.


Wieħed minn dawk li tilfu ħajjithom kien Ġużè Bajada, li kien jgħix fi Triq il-Kapuċċini f’Ħaż-Żabbar.


Giuseppe, magħruf ukoll bħala Ġużè Bajada, twieled ix-Xagħra, Għawdex fl-1881, iżda aktar tard f’żgħożitu ġie joqgħod Ħaż-Żabbar fejn għex għal diversi snin.


Fit-7 ta’ Ġunju 1919, Ġużè kien preżenti fiċ-ċentru tal-azzjoni fil-Belt Valletta. Huwa nqatel meta t-tensjoni bejn id-dimostranti u s-suldati żdiedet u dawn tal-aħħar fetħu n-nar. Il-mewt tiegħu kienet fost l-ewwel li ħasdet lil Malta, u saret simbolu ta’ sagrifiċċju għall-ġustizzja soċjali u d-drittijiet ċivili.


Il-fatt li Ġużè Bajada kien resident f’Ħaż-Żabbar jagħti lill-Beltna rabta storika ma’ dan l-avveniment nazzjonali meta wieħed fostna ħalla ħajtu f’dik il-ġlieda.

Commenti


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page