F’Ħaż-Żabbar kont issib wieħed mill-aktar ċinemas popolari f’Malta u kien jinsab fi Triq il-Kbira.
L-Eks Buckingham Theatre kien spazju mgħammar kemm għall-wiri tal-films kif ukoll għall-produzzjonijiet teatrali. Teatru li kellu reputazzjoni pożittiva u mfittex minn bosta li kienu jgħixu lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta. Dam jopera għal numru ta’ snin sakemm fl-1993 ingħalaq darba għal dejjem.
Sfortunatament parti sostanzjali minn dan it-teatru twaqqgħet biex illum insibu numru ta’ garaxxijiet u bini ieħor li estetikament xejn ma jagħti ġieħ lejn l-istorja ta’ dan it-teatru tant popolari u li qabel kien mogħni b’arkitettura mill-isbaħ ta’ żmien Vittorjan.
תגובות