Kont taf li f’Ħaż-Żabbar ħaffru għaż-żejt?
- Zabbar.MT Team
- Jun 8
- 1 min read
Updated: 5 days ago

L-esplorazzjoni taż-żejt f’Malta bdiet fis-snin ħamsin. Fl-1955, il-kumpanija British Petroleum kisbet konċessjonijiet għall-esplorazzjoni fuq l-art kollha ta’ Malta. Bejn l-1955 u l-1959, ġew imħaffra tliet toqob stratigrafiċi u li waħda minn dawn kienet f’Ħaż-Żabbar. Toqba b’fond ta’ 1947 pied fiż-żona fejn illum hemm il-Park ta’ San Klement.
Dawn l-isforzi ma kienu waslu għal imkien għalkemm kienu passi importanti fl-istorja tal-esplorazzjoni taż-żejt f’pajjiżna li s’issa għadha qatt ma rriżultat fil-pożittiv.

L-interess fl-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass fl-ibħra ta' Malta għadu attiv. Fl-2023, il-Gvern ta' Malta ta liċenzja ta' esplorazzjoni lil Albion Energy Malta Ltd biex tesplora żewġ żoni marittimi fil-Lvant ta' Malta, magħrufa bħala Żoni 2 u 7, li jkopru madwar 18,000 kilometru kwadru.
Ritratti: Old Photos of Malta (Facebook)
Comments