top of page
kalc.png

KEMM HEMM SHELTERS F’ĦAŻ-ŻABBAR?


Is-snin tat-Tieni Gwerra Dinjija kienu snin ta’ tbatija kbira għall-poplu Żabbari, bħalma kien għall-bqija tal-poplu Malti. Hu magħruf li matul dan il-perjodu mwiegħer tilfu ħajjithom madwar 62 Żabbari u Żabbarija.


Biż-żieda tal-attakki mill-ajru u l-perikli li kienu jheddu lill-Maltin, ħafna miż-Żabbarin kienu jsibu kenn f’shelters li tħaffru fil-qalba tal-lokalità. Skont riċerka u tagħrif storiku, f’Ħaż-Żabbar kienu tħaffru madwar 30 shelter tal-gwerra, b’uħud minnhom jinkludu spazji pubbliċi kif ukoll kmamar privati — xi drabi konnessi direttament mad-djar ta’ fuqhom sabiex jipprovdu aktar kumdità u sigurtà lill-familji individwali.



Fost dawn, żewġ shelters ewlenin jinsabu f'Misraħ is-Sliem u f'Misraħ San Ġakbu, li għadhom miżmuma f’kundizzjoni tajba u għandhom jiġu apprezzati sal-lum il-ġurnata. Dan kollu grazzi għax-xogħol kontinwu u l-impenn amministrattiv, kulturali u storiku tal-Għaqda tagħna, li mhux biss ħadmet biex dawn il-postijiet iservu bħala monumenti ħajjin tal-istorja reċenti tagħna iżda ukoll iservu bħala spazzju kulturali. 



Ritratti: Malta Underground (Facebook)

1 Comment


Godfrey
Jun 21

Tistgħu tippublikaw lista ta' fejn jinsabu dawn ix-shelters jj.

Like
AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page