top of page
kalc.png

JINXTEGĦLU T-TOROQ GĦALL-FESTA TA’ SANT MARIJA F’ĦAŻ-ŻABBAR

Fil-kappella ta’ Santa Marija fil-jiem li ġejjin tiġi ċċelebrata l-Festa Lituriġika tal-Verġni Mqaddsa Marija mtellgħa fis-sema. Festa żgħira organizzata miċ-Ċentru Santa Marija li huwa wieħed miċ-ċentri li nsibu fil-paroċċa ta’ Ħaż-Żabbar, li minkejja li hu wieħed żgħir, huwa ċentru attiv ħafna matul is-sena kollha.


Din is-sena jaħbat ukoll il-50 sena anniversarju tal-kwadru titulari li nsibu f’din il-kappella.


Grazzi għall-ħidma tal-voluntiera fi ħdan l-Għaqda tagħna, din is-sena Triq Santa Marija u Pjazza San Ġakbu ser jinxtegħlu b'dwal ġdid sabiex jitgawdew ukoll bħala parti mill-festa liturġika ta’ Santa Marija.


Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem, hija l-Patruna prinċipali ta’ Malta.

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page