top of page
kalc.png

JIBDA L-ARMAR FIT-TOROQ ŻABBARIN - FESTA B’ĦAFNA XOGĦOL ĠDID

Writer's picture: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

F’dawn l-aħħar jiem beda x-xogħol b’mod uffiċjali tal-armar tat-toroq bi tħejjija għall-festa tal-Madonna tal-Grazzja u l-marċ il-kbir ta’ Jum il-Banda San Mikiel.


Matul dawn l-aħħar xhur bosta partitarji u voluntiera fi ħdan l-Għaqda qattgħu sigħat twal jippreparaw xogħol ġdid, jaħdmu fuq manutenzjoni u jħejju l-loġistika neċessarja sabiex fil-ġimgħat li ġejjin it-toroq ta’ Ħaż-Żabbar, partikolarment l-imsieraħ ewlenin, jilbsu l-libsa għall-festa tant mistennija.


Illum voluntiera bdew jarmaw l-antarjoli tal-injam filwaqt li beda xogħol ieħor sabiex tinfirex id-distribuzzjoni tad-dawl madwar it-toroq, l-isqaqien u l-imsieraħ.


Din is-sena ser tkun festa speċjali għal dawk il-voluntiera li għal dawn l-aħħar xhur kienu qegħdin jaħdmu u jippreparaw xogħol u sorpriżi ġodda li frott din il-ħidma ser narawh dalwaqt meta Belt Hompesch tilbes libsa ħadra.

Recent Posts

See All

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page