top of page
kalc.png

IR-RENOVAZZJONI TAS-SALA PRINĊIPALI

Writer's picture: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

F’dawn l-aħħar snin il-kumitat ċentrali impenja ruħu b’numru ta’ proġetti infrastrutturali bl-għan li jsebbaħ it-tieni dar għall-bosta soċi u partitarji.


Il-binja oriġinali tal-każin kienet inxtrat aktar minn 100 sena ilu, meta dak iż-żmien is-soċi kienu qablu li jixtru din il-binja sabiex isservi bħala s-sede tal-Għaqda. Pass importanti li llum il-ġurnata lkoll napprezzaw il-ġid li ħalla tul is-snin. Din il-binja kienet twaqqgħet u reġgħet inbniet fiċ-ċelebrazzjonijiet taċ-ċentinarju fl-1983.


Tul is-snin il-binja għaddiet minn numru ta’ tibdiliet strutturali u madwar 20 sena ilu inxtrat propjetà ġdida bħala estenzjoni tal-binja oriġinali.


F’dawn l-aħħar snin rajna investiment bla preċedent fuq is-swali tal-każin, fosthom is-sala tal-Kumitat, dik li qabel kienet is-sala tal-kunċerti, Studio83 u issa anke s-sala prinċipali fejn b’investiment ta’ madwar 55,000 ewro ser tingħata dehra ġdida. Ser tiġi installata sistema ta’ arja kkondizzjonata, isiru toilets aċċessibbli, filwaqt li jsiru l-preparamenti neċessarji sabiex is-sala tiġi ttrasformata f’sala għall-konferenza għall-użu tal-għaqda u terzi.


Dan il-proġett issa beda miexi ġmielu u għandu jitlesta fix-xhur li ġejjin. Dan il-proġett għandu jikkumplimenta l-proġett massiċ tar-restawr u t-tibdil estetiku tal-faċċata tal-każin li wkoll ser jitlesta dalwaqt.

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page