top of page
kalc.png

ILLEJLA L-KUNĊERT MILL-QALB FUQ L-ISTAZZJON NAZZJONALI

Fuq fomm bosta Żabbarin il-kunċert imtella' mill-Banda San Mikiel ta’ nhar il-Ġimgħa. Bosta kienu l-kummenti pożittivi u l-kliem ta’ tifħir għall-esekuzzjoni tal-Banda San Mikiel taħt id-direzzjoni ta’ Mro Matthew Grech li mill-ġdid uriet il-kobor tagħha bħala l-ewwel u l-ikbar Banda Żabbarija.


Dan il-kunċert jista jitgawda mill-ġdid illejla fid-9pm fuq TVMNews+ u għada fuq TVM fil-5pm.


Matul il-kunċert wieħed jista' jgawdi selezzjoni versatili ta’ mużika klassika, kontemporanja u anke moderna, imżewqa bl-innijiet tant għal qalb il-partitarji tal-Għaqda tagħna.


Fix-xandira wieħed jista' jerġa' jsegwi l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-faċċata tal-Għaqda u ż-żjara tal-President ta’ Malta l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono.

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page