top of page

IL-MARATONA ĠBIR TA’ FONDI TIRRITORNA


Nhar il-Ħadd ser tiġi organizzata mill-ġdid il-Maratona Ġbir ta’ Fondi, din is-sena il-maratona għandha rwol importanti ħafna sabiex tgħin fil-finanzjament tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja.


L-ewwel martona ġbir ta’ fondi saret il-Ħadd 25 ta’ Lulju 2021. Fiha, apparti li ħadet sehem il-Banda San Mikiel, ittellgħu bosta intervisti interessanti, filwaqt li kollox kien qed jittella’ live mis-sala tal-Każin, barra li l-għotjiet finanzjarji ma naqsux. Is-somma finali miġbura kienet ta’ €11,000.


Minkejja l-isfidi finanzjarji li dejjem qegħdin jiżdiedu, din is-sena il-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjonijiet qegħdin jaħdmu sabiex mill-ġdid jerġgħu jorganizzaw b’suċċess il-festa tant għażiża għalina ż-Żabbarin.





Bħala parti mill-Maratona Id f'Id - Maratona Ġbir ta' Fondi se jkunu qegħdin isiru dawn l-attivitajiet:

· TOMBLA KBIRA - Il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju fis-7pm f’Misraħ is-Sliem

· BBQ Night - Is-Sibt 4 ta’ Ġunju fit-8pm fil-Verde Club Lounge

· Billiard Tournament li jiġi fi tmiemu l-Ħadd 5 ta’ Ġunju fil-Verde Club Lounge. Dan l-avveniment qiegħed isir bl-għajnuna tas-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Alison Zerafa Civelli

· MARATONA ĠBIR TA' FONDI - Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2022 fl-10am fis-Sede tal-Għaqda mxandra live fuq il-Facebook Page tal-għaqda




Inħeġġu lilkom ilkoll tgħinu f’din il-Maratona permezz tad-donazzjonijiet tagħkom. L-uffiċjali finanzjarji ser ikunu qegħdin jilqgħu d-donazzjonijiet fil-każin tal-Għaqda, nhar il-Ħadd li ġej mid-9am ’l quddiem.


Tista’ wkoll tagħti d-donazzjoni tiegħek permezz ta’ BOV Pay fuq 77001883 jew REVOLUT 99473149.

Recent Posts

See All

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 
bottom of page