top of page
kalc.png

Il-Garaxxijiet li fihom tgħallmu t-Tfal tal-Estate!

Ħafna minn dawk li llum għandhom bejn it-30 u l-40 sena u li fit-tfulija tagħhom għexu mal-ġenituri fiż-żona tal-Housing Estate jew f’Bulebel iż-Żgħir, żgur li jiftakru ż-żminijiet sbieħ tat-tfulija, meta b’ħerqa kienu jistennew il-lezzjonijiet tad-duttrina biex imbagħad iqattgħu l-ħin jilagħbu ma’ sħabhom.


L-ewwel forma ta’ ċentru li laqa’ lit-tfal ta’ din iż-żona twaqqaf minn Dun Ġużepp Sultana, li dak iż-żmien kien jgħix fil-viċinanzi flimkien ma’ oħtu. Lejn l-aħħar tad-disgħinijiet, Dun Ġużepp irnexxielu jikri xi garaxxijiet f’żona industrijali ħdejn l-Istitut ta’ San Ġużepp, fejn hemmhekk beda jgħallem id-duttrina lit-tfal taż-żona.


Dawn il-garaxxijiet kienu jservu wkoll bħala spazju ta’ divertiment għat-tfal, b’diversi attivitajiet li kienu jiġu organizzati minn Dun Ġużepp u voluntiera oħra. Dan kien il-post fejn bosta kienu jilagħbu billiard, table soccer u għall-ewwel darba probabbli missew mal-Playstation.


Fis-sajf kienet tiġi organizzata wkoll l-ewwel forma ta’ summer school, fejn it-tfal kienu jattendu għall-programm vast ta’ lezzjonijiet u attivitajiet kreattivi, bħat-tpinġija u l-arkett, fost oħrajn.

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page