top of page
kalc.png

IL-BANDA SAN MIKIEL SER IDOQQ IL-QALA MILL-ĠDID

Writer: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

Il-Ħadd 4 t’Awwissu, il-Banda San Mikiel mill-ġdid qed tiġi mistiedna sabiex idoqq waqt il-festa ta' San Ġużepp fil-Qala. Wara waqfa ta’ xi snin, il-Banda qed tirritorna mill-ġdid sabiex iddoqq fil-marċ tal-Ħadd filgħodu.


F’Għawdex, il-Banda San Mikiel hija fost dawk il-baned Maltin li l-organizzaturi ta’ festi differenti minn madwar Għawdex ifittxu minn sena għal oħra sabiex jistiednu għal servizz ta’ waħda mill-akbar jiem fil-festa rispettiva. Fis-snin riċenti l-Banda daqqet fir-Rabat u x-Xewkija u din is-sena kien imiss lill-Qalin sabiex jitpaxxew bil-ħoss sabiħ tal-Banda San Mikiel.


Bosta huma dawk il-partitarji Żabbarin li mistennija jingħaqdu mal-banda għal dan is-servizz. Dawk interessati jistgħu wkoll jitilgħu bit-trasport apposta li qed jiġi organizzat u li wieħed jista' japplika għalih fuq 7932 2788


Din is-sena l-Banda San Mikiel ser tkun esegwixxiet 29 servizz fosthom 8 barra mil-lokal tagħna. Dan jixhed l-kwalità u r-reputazzjoni għolja li ġġorr magħha din il-banda, illum taħt id-direzzjoni ta’ Mro Matthew Grech.

 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page