top of page
kalc.png

GĦALFEJN IL-VATIKAN ĦAREĠ DIGRIET FUQ ĦAŻ-ŻABBAR 75 SENA ILU?

Writer: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

Illum, is-Sibt 20 ta' Lulju, jaħbat il-75 anniversarju mill-għoti tad-digriet tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja f'Ħaż-Żabbar mis-Santa Sede.


L-inkwatru titulari tas-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar igawdi devozzjoni kbira mhux biss mill-poplu Żabbari iżda anke min-nies barra l-belt ta’ Hompesch. Xogħol l-artist Alessio Erardi, li llum jgħodd kważi 310 snin.

Dan id-digriet maħruġ mill-Vatikan kien jagħti s-setgħa li l-kwadru mirakuluż meqjum fis-Santwarju ta' Ħaż-Żabbar ikun inkurunat u għalhekk tiġi milqugħa x-xewqa taż-Żabbarin u l-Maltin u Għawdxin devoti tal-Madonna tal-Grazzja.


Dan l-inkwatru huwa ta’ importanza kbira għall-istorja kulturali u reliġjuża ta’ Ħaż-Żabbar hekk kif permezz tal-kurunazzjoni tiegħu, kien ta t-titlu ta’ Santwarju lill-Parroċċa Żabbarija.


Fl-2018 il-kwadru għadda minn xogħol ta’ restwar estensiv, xogħol ir-restawratur bravu Pierre Bugeja. Għall-okkażjoni l-kwadru kien ukoll terraq madwar it-toroq Żabbarin.

 

Comentarios


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page