top of page
kalc.png

F’ġieh l-‘h’ mhux maqtugħa

Ma kinitx ‘h’ li ma qatgħulix rasha!


Grupp ta’ partitarji tal-Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar fetlithom joħolqu bandiera ġdida ħadranija, kbira u sabiħa li fuqha poġġew is-simbolu bl-għajn ta’ San Mikiel u żanżnuha nhar l-Għid ta’ San Mikiel tal-1935.



Kieku kienu ħafna li tpaxxew u stagħġbu b’din il-bandiera grandjuża imma ħaġa bħal din ma ħamlitx l-għajn. Xi ħadd kiteb f’ġurnal lokali ta’ dak iż-żmien u kkritika f’ġieħ l-ilsien Malti lil dak jew lil dik li meta poġġew l-ittri fuq il-bandiera bil-kliem “Ghaqda Mużikali San Mikiel” insew jaqtgħu ras l-‘h’ tal-għ.


Din il- persuna li kitbet taħt l-isem ‘Il-Widdieb’ qalet li hemm bżonn li din tittranġa minnufih għall-mixi l quddiem tal-ilsien Malti u skont ir-regoli tal-Grammatika u l-Ortografija tal-Għaqda Kittieba tal-

Malti.



Ref: Il-Berqa 22-06-1935 pg6 - Minn Ħaż-Żabbar - Il-Bandiera l-Ġdida tal-Għaqda Mużikali San Mikiel – Żball li jista’ jissewwa

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page