top of page
kalc.png

BIDU TA’ SUĊĊESS GĦALL-ATTIVITAJIET BI PREPARAZZJONI GĦALL-FESTA

Writer: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

Il-Ġimgħa ttellgħet b’suċċess l-attività ta’ tnedija għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ din is-sena fejn bosta żgħażagħ u partitarji ħonqu l-każin tal-Għaqda sabiex flimkien kantaw uħud mill-aqwa marċi ta’ kull żmien kif ukoll semgħu l-marċi l-ġodda li Kummissjoni Żgħażagħ qed tniedi għal din is-sena.


Din is-sena l-vuċi ta’ Domnic Cini qed terġa' tirritorna fis-CD annwali tal-marċi brijużi li issa ilha tiġi ppublikata għal dawn l-aħħar 24 sena.


Fost il-marċi li nsibu fis-CD ta’ din is-sena hemm: Gratiosa Città Hompesch, Ta' Gerrew, 80 anniversarju, il-marċ magħruf bħala l-Letter A u Shamrock fost oħrajn.


Is-CD u l-pendrive bil-marċi jistgħu jinxtraw minn Verde Club Lounge fil-ġranet li ġejjin.


Ir-ritratti huma xhieda tas-suċċess ta’ din it-tnedija li tawgura tajjeb għall-festa mill-isbaħ fil-ġranet li ġejjin.

 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page