top of page
kalc.png

ARBLI ĠODDA GĦAD-DAĦLA TA’ ĦAŻ-ŻABBAR

Writer: Zabbar.MT TeamZabbar.MT Team

Fl-aħħar jiem ittellgħu sett ta’ 14-il arblu ġdid fid-daħla ta’ Ħaż-Żabbar sabiex ikomplu jikkumplimentaw it-tiżjin bil-lewn aħdar fid-daħla ta’ Beltna. Kull arblu, li għandu tul ta’ 40 pied, intrama miegħu rużun tal-injam sabiex ikompli jsebbaħ lil dawn l-arbli.


Ix-xogħol fuq dawn l-arbli l-ġodda għandu jissokta s-sena d-dieħla fejn ser jiġu miżbugħa kif ukoll ser isir aktar xogħol fuq ir-rużuni.


Sadanittant fil-ġranet li ġejjin dawn l-arbli ser jitlibbsu l-lewn aħdar bi preparazzjoni għall-marċ il-kbir ta’ Jum il-Banda San Mikiel u l-festa ta’ Ommna tal-Grazzja.


Dan il-proġett sar mill-voluntiera fi ħdan Kummissjoni Planċier u persuni oħra li taw l-għajnuna tagħhom fosthom Myron Micallef, Miguel Grech u Oliver Camilleri għall-inġenji.

 

コメント


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page