top of page
kalc.png

175 TIFEL U TIFLA ŻABBARIJA JAGĦMLU L-PRAĊETT

B’ferħ kbir u f’għaqda komunitarja sabiħa, f’Ħaż-Żabbar saru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel Tqarbina għal għadd ta’ tfal Żabbarin. Din is-sena, 175 tifel u tifla mill-parroċċa tagħna ħadu sehem f’din il-mixja spiritwali importanti, li timmarka l-ewwel darba li dawn it-tfal irċevew l-Ewkaristija Mqaddsa.


Il-ġranet tal-Ewwel Tqarbina ġew mifruxa fuq diversi jiem, b’kull grupp ta’ tfal jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjoni flimkien mal-familji tagħhom. Is-Santwarju Arċipretali ta’ Ħaż-Żabbar, kif ukoll il-Knisja tas-Salib Imqaddes u l-Knisja ta' San Ġakbu l-Kbir fix-Xgħajra, fl-aħħar jiem ġew imżejna għalmdin l-okkażjoni ta' ferħ u tant mistennija mill-familji. 


Il-konċelebranti, fosthom l-Arċipriet, il-Viċi Arċipriet, ir-Retturi tal-Knisja tas-Salib Imqaddes u tal-Knisja tax-Xgħajra, tkellmu fl-omeliji tagħhom fuq il-valur ta’ dan is-sagrament bħala pass essenzjali fil-ħajja tal-fidi Nisranija. 


Din l-esperjenza mhux biss tfakkar lill-familji fil-valur tal-Ewkaristija, iżda wkoll issaħħaħ ir-rabtiet komunitarji bejn il-parroċċa u l-poplu ta’ Alla f’Ħaż-Żabbar.


L-Għaqda tagħna tieħu l-okkażjoni tawgura lil dawn it-tfal Żabbarin f'dan il-pass importanti f'ħajjithom.

Comentarios


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page