top of page
kalc.png

100 Jum mill-Festa ta’ Ħaż-Żabbar

Hekk kif jibda l-istaġun tas-sajf, magħna jerġa’ jiġi l-ferħ u l-entużjażmu li jġibu magħhom il-festi Maltin – żmien li jibdel il-wiċċ tar-raħal u tal-belt b’dawl, armar, ħoss u ferħ. Fil-jiem tal-festa, l-irħula u l-ibliet Maltin u Għawdxin jieħdu l-ħajja b’ċelebrazzjonijiet li jħaddnu t-tradizzjoni, l-għaqda u, fuq kollox, id-devozzjoni.


L-istħarriġ maħruġ illum tal-Istat tan-Nazzjon ikkonferma kemm il-festa Maltija għadha għażiża għalina l-Maltin u kemm dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jagħtuna sens qawwi ta’ identità u komunità.


Illum ninsabu mitt jum eżatt ’il bogħod mill-festa tagħna. Mitt jum ieħor it-toroq u l-imsieraħ ewlenin ta’ Beltna jilbsu l-libsa ħadranija u jilqgħu b’devozzjoni 'l Ommna tal-Grazzja. Huma jiem li jġibu magħhom emozzjonijiet sbieħ, ferħ u entużjażmu fost iż-Żabbarin kollha.


Wara s-suċċess li ksibna fl-aħħar festa, l-Għaqda tagħna qed taħdem b’dedikazzjoni akbar sabiex din is-sena noffru ċelebrazzjonijiet mill-aqwa, uniċi u ta’ livell għoli. L-isforzi li saru s-sena l-oħra wasslu biex il-festa tagħna tingħata rikonoxximent prestiġjuż bħala waħda mill-isbaħ u l-aqwa f’Malta. Dan l-unur jagħtina aktar motivazzjoni biex nerġgħu noħorġu b’festa li toħloq memorji sbieħ u tkompli tgħaqqadna.


Nistednuk tingħaqad magħna. Agħti s-sehem tiegħek sabiex flimkien inkomplu nippreparaw ruħna għal ġimgħat ta’ ċelebrazzjoni, devozzjoni u għaqda f’Awwissu u Settembru li ġejjin.


Ritratti Simon Muscat

 
 
 

コメント


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page