top of page
  L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Å»abbar A.D.1883    

L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Å»abbar A.D.1883, magħrufa bħala “Tal-Bajda” twaqqfet biex tkattar l-arti u l-kultura mużikali Ä¡ewwa Ħaż-Å»abbar. Il-kulur uffiÄ‹jali tal-Għaqda huwa l-kulur aħdar u l-Patruna tal-Għaqda hija l-Patruna ta’ Ħaż-Å»abbar – il-Madonna tal-Grazzja, fejn tieħu sehem bis-sħiħ fil-Festa Titulari tal-Madonna tal-Grazzja li tiÄ¡i Ä‹Ä‹elebrata l-ewwel ħadd fuq il-Vitorja; filwaqt li l-Banda hija mħarsa mill-ArkanÄ¡lu San Mikiel wara d-devozzjoni antika li missirijietna minn dejjem kellhom lejn dan l-ArkanÄ¡lu PrinÄ‹ep tas-Sema u l-Għaqda torganizza festa oħra sekondarja f’Ä¡ieħ San Mikiel Ä¡imagħtejn wara dik  Titulari.
 

Sa fejn hu magħruf, sa minn snin qabel it-twaqqif uffiÄ‹jali ta’ din il-Banda fl-1883 bl-isem ta’ Societa` Filarmonica Del Zabbar,  Mro Carmelo Abela Scolaro kien Ä¡a Ä¡abar xi żgħażagħ propju mill-Misraħ, fejn sal-lum għadu jiddomina s-sede tal-Għaqda, u beda jgħallimhom il-mużika. Dan kien għall-ħabta tal-1870 u dawn kienu mlaqqmin bħala d-“Dilettanti tal-Misraħ”. Iż-żmien għadda u l-Għaqda evolviet maż-żmien, biddlet isimha minn dak oriÄ¡inali ddedikat lil Ħaż-Å»abbar għal Għaqda Mużikali San Mikiel taħt il-PatronÄ‹inju tal-Madonna tal-Grazzja, għal dak li huwa illum. Biddlet ukoll diversi postijiet minn fejn operat, imma baqgħet dejjem leali lejn il-post fejn il-baned Å»abbarin jafu l-oriÄ¡ini tagħhom – Misraħ is-Sliem. Aktar informazzjoni fuq dan kollu wieħed jista’ jsibu fis-sezzjoni Storja.

Fl-istess post fejn illum insibu s-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, fl-antik kien hemm Kappella oħra li kienet ukoll iddedikata lil Madonna tal-Grazzja.  Din il-kappella kienu jżuruha bosta nies kemm għal rashom kif ukoll f’pellegrinaÄ¡Ä¡i. Maż-żmien, il-kappella kienet saret żgħira wisq biex setgħet tesa’ l-pellegrinaÄ¡Ä¡i bla għadd li kienu Ä¡ejjin jagħmlu żjara minn kull rokna tal-gżira ta’ Malta.  Għalhekk inħass il-bżonn li jinbena dan is-Santwarju kbir sabiex ikun jista jilqa fi ħdanu d-devoti li kull ma jmur kienu dejjem qiegħdin jiżdiedu.
 

L-ewwel Ä¡ebla tas-Santwarju kienet tqiegħdet fl-10 ta’ Mejju 1641 u l-bini tlesta fl-1696, għalkemm ix-xogħol ta’ l-iskultura u l-induratura dam sejjer sal-1737.  L-istil rinaxximentali tiegħu u d-dekorazzjonijiet li saru fih f’dawn l-aħħar żmenijiet jagħmluh wieħed mill-isbaħ Santwarji f’pajjiżna. F’dan is-Santwarju insibu 3 kappelluni, wieħed tal-KurÄ‹ifiss, ieħor tar-Rużarju u l-ieħor tal-Kor.  Insibu ukoll 5 altari li huma ddedikati lill-KurÄ‹ifiss, lil Sant’Anna, lill-Madonna tar-Rużarju, lil Santu Rokku u l-Altar tal-Kor. L-altar maÄ¡Ä¡ur ta’ dan is-Santwarju huwa meqjus bħala wieħed mill-isbaħ li għandna f’Malta. Kien daħal għalih Ä‹ertu Vincenz Duranti fl-1804.  Fil-festa titulari, fuq dan l-altar jintramaw il-gandlieri magħmulin mill-iskultur Mariano Gerada fl-1790, terħa u kunupew irrakmati fl-1875, ventaltar tal-fidda magħmul fl-1904 u stonsorju tal-fidda rregalat mill-Maltin tal-Algiers fl-1852.  Għal dan l-istonsorju, fl-1946 sar pedestal tal-fidda li Ä¡ie rregalat mis-Sinjura Michela Darmanin.
 

In-Navi Ä¡ew mibnijin fuq pjanta tal-perit Giuseppe Pace li jarmonizzaw perfettament mal-kumplament tas-Santwarju.  Il-bini tagħhom kien assolutament meħtieÄ¡ minħabba ż-żieda tal-popolazzjoni. Fl-irvell tal-Maltin kontra l-FranÄ‹iżi, l-koppla kienet Ä¡arbet ħsarat estensivi għalhekk inħasset il-ħtieÄ¡a li din tiÄ¡i mibdula u bdiet tinħatt propju fl-1926. Il-koppla u l-ambjent ta’ taħtha Ä¡ew iddekorati għall-okkazzjoni tal-Inkurunazzjoni.  L-ewwel ma saru fl-1940 kienu l-EvanÄ¡elisti tal-lunetti, xogħol il-pittur Caruana, u l-armi ta’ taħthom xogħol l-iskultur Ä użeppi Galea li jfakkru fil-Gran Mastri Alof de Wignacourt, il-parrinu tal-ewwel tarbija li tgħammdet fis-Santwarju u Ferdinand von Hompesch li għolla ‘l Ħaż-Å»abbar għad-dinjita’ ta’ Belt u l-isqfijiet Belaguer Cammarasa li bierek l-ewwel Ä¡ebla tas-Santwarju u Gonzi li nkuruna l-Madonna.  Il-pittura u d-dekorazzjonijiet tal-koppla tlestew fi Frar tal-1951, mill-istess pittur Caruana. Fit-tmien flieli tal-koppla l-Ä¡dida jinsabu rappreżentati t-tmien beatitudnijiet.  Il-vetrati tat-twieqi saru fl-1952 u jirrapreżentaw il-qraba tal-Madonna: San Ä użepp, David, San Ä wakkin, Sant’ Anna, Santa Eliżabetta, San Zakkarija, San Ä akbu ż-Å»ghir u San Ä wann Battista.
 

Id-dekorazzjonijiet tal-kappelluni laterali, l-irħam tal-gwarniÄ‹un u tal-altari, l-induratura tas-saqaf, tal-prospettivi tal-altari u tal-kultura l-oħra kollha, u l-pavaljuni bil-gwarniÄ‹i indurati, saru wkoll fl-okkażżjoni tal-Inkurunazzjoni.  Anki t-trieħi tal-altari u l-ventaltari saru għall-istess okkażżjoni.  Il-linef il-kbar tal-kristall imdendlin bejn il-kappelluni u l-presbiterju Ä¡ew inawgurati fit-2 ta’ Settembru 1956.  Fl-1957 Ä¡iet inawgurata il-pittura tal-abside tal-kappellun tal-KruÄ‹ifiss, tal-pittur Ä użeppi Caruana li tirrappreżenta l-battalja ta’ Lepanto mirbuħa mill-Insara fl-1571.  Il-pittura tal-abside tal-kappellun tar-Ruzarju Ä¡iet inawgurata fl-1961 u tirrapreżenta ż-żewÄ¡ papiet Alessandru VII u Innocenzju XII benefatturi tas-Santwarju flimkien ma’ Granmastri u devoti oħra tal-Madonna tal-Grazzja.  Il-ventaltar tal-fidda tal-KruÄ‹ifiss Ä¡ie nawgurat fl-1965.  Fl-1947 Ä¡iet inawgurata il-pittura tal-abside li tirrapreżenta l-Madonna bħala nixxiegħa tal-grazzji u tfakkar ir-rebħa tal-1565 miksuba bl-interÄ‹essjoni tagħha.  It-12 il-lampier miżmumin minn erba’ bilanÄ‹ieri tal-fidda saru fl-1958 u l- ventaltar tal-fidda li jfakkar fl-Inkurunazzjoni u l-grazzji li jinqalgħu bl-interÄ‹essjoni tal-Madonna kien inawgurat fl-okkażżjoni tal-festa tal-1961.
 

L-ewwel Sagristija tas-Santwarju kienet fuq in-naħa tax-xellug, wara l-kappellun tar-Rużarju.  Din is-sagristija tlestiet madwar is-sena 1707.  Fl-1851 inbniet sagrisitija oħra Ä¡dida fuq in-naħa tal-lemin.  Din is-sagristija bdiet tintuża mis-saÄ‹erdoti filwaqt li l-oħra tħalliet għall-fratelli.  Fl-1961 f’din is-sagristija sar xi tibdil li għamilha iktar sabiħa u mdawla nbilli tneħħew minnha żewÄ¡ kwadri kbar ta’ qtugħ ir-ras ta’ San Ä wann u tal-Epifanija li llum jinsabu fil-Mużew, u minnflok infetħet tieqa spazjuża fil-baxx għad-dawl u ventilazzjoni.  Fl-1963, is-sagristija ewlenija u l-kmamar ta’ ma Ä¡enbha Ä¡ew imħarrfin u flokhom saret sagrisitija oħra spazjuża bl-armarji tal-kawba u kwadri kbar b’xeni ta’ taqbid u rebħ miksub mill-flotta tal-Ordni. RiÄ‹entament għadu kif tlesta x-xogħol ta’ pittura tal-kopletti ta’ dan is-Santwarju.
 

L-EWWEL MAGĦMUDIJA

Ta’ min wieħed isemmi li l-ewwel magħmudija li Ä¡iet iÄ‹Ä‹elebrata fil-parroÄ‹Ä‹a saret fl-10 ta’ Ä unju 1616 mill-kappillan Dun Angelo Pontremoli.  It-tarbija ngħatat l-isem ta’ Marija u l-parrinu ma’ kien ħadd ħlief il-Granmastru Alof de Wignacourt.  Ta’ min iżid li l-fonti tal-magħmudija li ntuża f’din l-okkażżjoni għadu ppreservat b’għożża kbira fil-Mużew tas-Santwarju.  Fil-Ä¡enb tiegħu għadhom jidhru żewÄ¡ armi, dik tal-Granmastru Wignacourt u dik ta’ Monsinjur Cagliares li dak iż-żmien kien l-Isqof ta’ Malta.

 

IL-PITTURA TITULARI

L-aħħar pittura titulari tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzji li għadha meqjuma sal-Ä¡urnata tal-lum tirrapreżenta lill-Omm VerÄ¡ni bil-Bambin Ä esu’ fuq diragħjha waqt li qiegħda xxerred il-grazzji.  Permezz t’anÄ¡lu ieħor qiegħda ssejjaħ ruħ li għadha kemm issaffiet min-nar tal-purgatorju, filwaqt li erwieħ oħra qiegħdin jitolbuha tidħol għalihom.  Fuq il-lemin tal-Madonna, minflok ma nsibu lil San Leonardu, protettur tal-ilsiera, nilmħu lil San Bernard u n-naħa t’isfel hemm l-arma tal-familja Piscopo Macedonia.  Dan biex ifakkar lil dawk li kellhom jiÄ¡u warajh li l-ispejjez biex saret din il-pittura tħallsu minn Bernardo Piscopo Macedonia.  Tant hu hekk li taħt l-arma għadhom jinqraw xi kliem.  Fuq in-naħa tax-xellug tal-Madonna, flok kif soltu nsibu lil San Ä wann Battista, naraw vaxell tal-Ordni ta’ San Ä wann.  Din il-pittura hija x-xogħol t’Alessio Erardi, iben il-wisq famuż Stefano Erardi, li lilu sa ftit żmien ilu din il-pittura kienet bi żball attribwita.

 

L-INKURUNAZZJONI

Iż-Å»abbarin sa minn dejjem kienu grati għax-xita ta’ grazzji li kienu jaqilgħu m għand Ä esu’ bl-interÄ‹essjoni ta’ Marija, u għalhekk kellhom ix-xewqa li jaħtruha bħala r-ReÄ¡ina tagħhom , billi jinkurunaw ix-xbieha Tagħha, kif ukoll dik ta’ Binha Ä esu’.  Il- kappillan Zarb mexxa ‘il quddiem ix-xewqa tagħhom billi ppreżenta petizzjoni  għall- Inkurunazzjoni lill-ArÄ‹isqof Mons. Mikiel Gonzi fit-13 ta’ Marzu 1948.  L-inkurunazzjoni saret minn Mons. Mikiel Gonzi fit -2 ta’ Settembru 1951.  Flimkien mal-poplu devot ta’ Ħaż-Å»abbar kienet preżenti kwantita’ kbira ta’ nies minn kull rokna tal-gżira.  L-entużjażmu ta’ dawk kollha li kienu preżenti ma jistax wieħed jiddeskrivih meta fost id-daqq tal-qniepen u l-isparar tal-murtali, Mons.Gonzi qiegħed fuq ras il-Bambin u l-Madonna kuruni tad-deheb miżgħuda bil-ħaÄ¡ar prezzjuz.  Dawn iż-żewÄ¡ kuruni kienu Ä¡ew mgħotija mid-devoti ta’ Ħaż-Å»abbar, kemm għonja kif ukoll foqra ta’ kull eta’ u ta’ kull għaqda soÄ‹jali.
 

L-ISTELLARJU

Sabiex jiÄ¡i Ä‹Ä‹elebrat il-50 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-kwadru titulari kien Ä¡ie deÄ‹iż illi l-istess kwadru jiÄ¡i mżejjen bi 12-il stilla li kull stilla kellha tiÄ¡i akkumpanjata b’xi għadd soÄ‹jail. Dan seħħ nhar il-Ħadd 2 ta’ Settembru 2001 mill-Mons. ArÄ‹isqof Ä użeppi Mercieca fil-preżenza ta’ Mons. Isqof Awziljari Annettu De Pasquale.

bottom of page