GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA
BANDA SAN MIKIEL
ŻABBAR - A.D. 1883
IL-KUMITAT EŻEKUTTIV
L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D.1883, magħrufa bħala “Tal-Bajda” twaqqfet biex tkattar l-arti u l-kultura mużikali ġewwa Ħaż-Żabbar. Il-kulur uffiċjali tal-Għaqda huwa l-kulur aħdar u l-Patruna tal-Għaqda hija l-Patruna ta’ Ħaż-Żabbar – il-Madonna tal-Grazzja, fejn tieħu sehem bis-sħiħ fil-Festa Titulari tal-Madonna tal-Grazzja li tiġi ċċelebrata l-ewwel ħadd fuq il-Vitorja; filwaqt li l-Banda hija mħarsa mill-Arkanġlu San Mikiel wara d-devozzjoni antika li missirijietna minn dejjem kellhom lejn dan l-Arkanġlu Prinċep tas-Sema u l-Għaqda torganizza festa oħra sekondarja f’ġieħ San Mikiel ġimagħtejn wara dik Titulari.
Sa fejn hu magħruf, sa minn snin qabel it-twaqqif uffiċjali ta’ din il-Banda fl-1883 bl-isem ta’ Societa` Filarmonica Del Zabbar, Mro Carmelo Abela Scolaro kien ġa ġabar xi żgħażagħ propju mill-Misraħ, fejn sal-lum għadu jiddomina s-sede tal-Għaqda, u beda jgħallimhom il-mużika. Dan kien għall-ħabta tal-1870 u dawn kienu mlaqqmin bħala d-“Dilettanti tal-Misraħ”. Iż-żmien għadda u l-Għaqda evolviet maż-żmien, biddlet isimha minn dak oriġinali ddedikat lil Ħaż-Żabbar għal Għaqda Mużikali San Mikiel taħt il-Patronċinju tal-Madonna tal-Grazzja, għal dak li huwa illum. Biddlet ukoll diversi postijiet minn fejn operat, imma baqgħet dejjem leali lejn il-post fejn il-baned Żabbarin jafu l-oriġini tagħhom – Misraħ is-Sliem. Aktar informazzjoni fuq dan kollu wieħed jista’ jsibu fis-sezzjoni Storja.
KUMITAT EŻEKUTTIV 2019-2020
President – Is-Sur Quinton Scerri
Viċi President – Is-Sur Pierre Pisani
Segretarju Eżekuttiv – Is-Sur Keith Cachia
Assistent Segretarju Eżekuttiv – Is-Sur Cameron Farrugia
Segretarju Finanzjarju – S-Sinjorina Gail Delia
Assistenti Segretarji Finanzjarji – Is-Sur Kenneth Farrugia
Uffiċjal Progetti u Fondi - Is-Sur Alan Joseph Buhagiar
Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi – Is-Sur Roderic Vella
Ufficjal Organizzativ - Is-Sinjorina Angele Camilleri
Delegat tal-Banda – Is-Sur Antoine Camenzuli
Arkivista – Is-Sur Magdylon Briffa
Direttur Ġenerali – Is-Sur Daniel Agius
Assistent Direttur Ġenerali - Is-Sur David Schembri
Agent Surmast Direttur - Mro. Matthew Grech
Konsulent tal-Kumitat Eżekuttiv – Is-Sinjuri Shaun Attard u Brian Spiteri
Konsulent Legali – Dr Pawlu Lia LLD
Reviżur – Is-Sur Keith Caruana
Direttur Spiritwali – Dun Ġużepp Ellul
KUNTATT
Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel A.D 1883 Żabbar
41, Misraħ is-Sliem
Żabbar ŻBR3140
info@talgrazzjabandasanmikiel.com
segretarju@talgrazzjabandasanmikiel.com